Ikel
Il-BBQ u x’għandek tkun taf dwaru…

Is-sajf daħal sew u bdew il-barbeques. Bil-għan li jiġu evitati konsegwenzi għas-saħħa, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard nieda kampanja ta’ tagħrif dwar it-tisjir fuq il-grilja.

Is-sajf, żmien ta’ ħruġ, divertiment u avvenimenti … ma jonqosx xi barbeque mal-ħbieb u l-familja. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, nieda kampanja ta’ għarfien dwar t-tħejjija u t-tisjir tal-ikel fuq il-barbeque.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-direttorat huma miġburin fi ktieb, li jinkludi numru ta’ riċetti ideali għal fuq il-grilja.

Id-Direttur tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, Dr Paula Vassallo qalet “mhux biss il-laħam però importanti wkoll il-ħaxix li jkun ibbażat ħafna fuq il-linji gwida tagħna u bbażata fuq id-dieta Mediterranja, li nafu li hija tajba ħafna għas-saħħa u biex tipproteġi mill-ħafna mard kroniku.”

Id-Direttorat jirrakomanda biex l-ikel jinżamm tal-inqas 5 ċentimetri ‘l bogħod mill-fjamma, il-laħam jidawwar ta’ spiss, preferibbilment darba kull minuta biex ma jinħaraqx, biex l-immarinar fuq il-laħam ma jidilikx waqt it-tisjir ħalli jkun evitat li jiżdiedu l-fjammi u biex jintuża nar bagħti.

”Li nistgħu wkoll ingeżwru l-ikel biex nevitaw li jaqqa’ dak ix-xaħam fuq il-faħam għax dak id-dħaħen kollha li jitilgħu jistgħu jagħmlu l-ħsara.”

Dr Joao Breda, il-Kap tal-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-mard qal li kampanja bħal din hija essenzjali biex in-nies itejbu l-istil ta’ ħajja tagħhom.

“Their behaviors in terms of diet, physical activity, protection from the harmful effect of exposure to the sun, therefore, are really important. They should be part of a package which is comprehensive and start with interventions at the primary care level to legislation and regulations sometimes to better policies in schools and physical activity.”

U hekk kif is-sħana bdiet tagħmel tagħha, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, qed iwissi lill-pubbliku biex jevita x-xemx bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ waranofsinhar u jixrob ħafna ilma, l-aktar it-tfal, l-anzjani u min ibati b’mard kroniku. Qed iwissi wkoll sabiex it-twieqi jinfetħu filgħaxija u biex il-purtieri filgħodu jinżammu magħluqa.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar