Lokali
AĠĠORNAT: Il-bdoti jivvotaw b’maġġoranza kbira biex jistrajkjaw, il-Gvern b’mandat il-Qorti

Tiżdied it-tensjoni industrijali fl-Airmalta wara li l-bdoti membri tal-Unjoni tal-Piloti, l-ALPA ivvutaw b’maġġoranza kbira permezz ta’ vot elettroniku, biex awtoriżaw lil union tagħhom tordna azzjonijiet industrijali li possibilment iwaqfu s-servizz. Illejla il-Gvern ressaq mandat ta’ inibizzjoni biex il-Qorti tordna lil union biex ma tagħmilx dawn l-azzjonijiet industrijali u qed iżomm lill-Alpa responabbli għad-danni.

Dan wara li mitt pilota u wieħed ivvutaw favur li tiġi ordnata azzjoni industrijali waqt li 9 piloti vvutaw kontra. Dan il-vot ma huwiex dwar l-offerta tal-Gvern lill-piloti iżda dwar kwistjoni li nqalgħet fl-aħħar ħinijiet bejn il-kap tal-flight operations tal-Airmalta u membru tal-Alpa dwar il-manuals tat-titjiriet li huma propjetà tal-Airmalta.

Sadanittant ftit tal-ħin ilu l-Airmalta fetħet il-Qorti b’urġenza u talbet biex din toħroġ mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Alpa u personalment kontra tal-kumtiat tal-istess Union. L-Airmalta qalet li l-kwistjoni li dwarha l-Alpa ġiet awtorizzata mill-membri tagħha biex tordna azzjonijiet industrijali ma jaqgħux fid-definizzjoni legali ta’ tilwima industrijali u għalhekk l-union ma tistax tordna azzjoni industrijali.

L-Airmalta qalet li azzjoni bħal din tkun sproporjzonata għal kwistjoni li nqalgħet bejn żewġ uffiċjali. Il-kumpanija fil-mandat wissiet li l-azzjonijiet li jista’ jsiru jistghu jwasslu għal ħsara irreperabli lil-linja tal-ajru anke jekk jibqgħu għal ftit taż-żmien u jikkawża danni ta’ miljuni ta’ ewro fil-ġimgħa għall-Airmalta u jkollhom riperkussjoni fuq l-impjegati kollha tal-kumpanija, il-passiggieri, it-turiżmu u l-ekonomija tal-pajjiż.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru bi twissija ċara lill-piloti lejlet li se jivvutaw fuq l-offerta tal-Gvern