Lokali
Il-bejt tal-Liċeo fil-Ħamrun se jinbidel fi ġnien

Ir-residenti tal-Ħamrun dalwaqt se jkollhom spazju pubbliku ġdid li jservi għhan doppju ta’ edukazzjoni u rikreazzjoni. B’fondi mill-Ministeru tal-Ambjent, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jbiddel il-bejt kbir tal-Liċeo fi ġnien. Proġetti oħrajn ta’ tħaddir se jsiru fil-Gudja, Tas-Sliema, Ħaż-Żebbuġ u l-Qala.

Fil-Ħamrun m’hemmx wisq spazji pubbliċi u miftuħa għar-rikreazzjoni jew il-mistrieħ, iżda l-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità mill-aktar urbana jidher li sab soluzzjoni innovattiva.

Is-Sindku Christian Sammut spjegalna li l-idea hi li l-bejt tal-Liċeo ser jinbidel fi spazju pubbliku fosthom bi ġnien u kunċett edukattiv. “Dan il-proġett jinkludi wkoll żewġ open classrooms fejn l-istudenti filgħodu jkunu jistgħu jagħmlu xi lezzjonijiet u filgħaxija r-residenti se jkunu jistgħu jagħmlu xi tip ta’ sports u anke postijiet fejn wieħed jista’ jħawwel il-ħaxix li imbagħad jista’ jittiekel ukoll”.

Anke x-xatt ta’ Tas-Sliema mistenni jissebbaħ bi proġett ta’ tħawwil ta’ siġar kif spjegalna l-kunsillier Paul Radmilli.

“Li huma siġar li jagħmlu fjuri fi żminijiet differenti tas-sena, dawn huma s-siġra ta’ Ġuda, is-siġra tal-lewż u s-siġra eżotika li jisimha sebia preziosa li tagħmel fjuri sbieħ ħafna”.

Dawn iż-żewġ proġetti ta’ tħaddir fil-komunità huma fost l-ewwel ħamsa li ntgħażlu mill-Ministeru għall-Ambjent biex jitjieb l-ambjent fit-toroq, wesgħat u spazji pubbliċi. Il-Kunsilli l-oħrajn huma l-Gudja, Ħaż-Żebbuġ u l-Qala.

Il-Ministeru Aaron Farrugia qal li wasal iż-żmien li niffukaw fuq kif se ntejbu l-ambjent urban b’żoni ħodor fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna. ” Bl-għan aħħari li mhux biss inħaddru u nsebħu dawn iż-żoni imma li l-poplu jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar”.

Il-Ministru qal li dawn il-proġetti huma l-ewwel pass lejn viżjoni ħolistika fil-qasam tal-ambjent.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Lokali

Fis-sentejn li għaddew kien hemm 96 persuna ta’ nazzjonalità barranija li kienu vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin f’Malta. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fi tweġiba…

Aktar