Kultura
Il-Belt tieħu l-ħajja b’mużika, kant u żfin mil-lum sa Ottubru

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ.

L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa pop u klassiku. Uħud mir-rappreżentazzjonijiet se jkunu karatterizzati wkoll minn kanzunetti Maltin.

“Belt il-Mużika” hi inizjattiva oħra tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt, li se ttella’ programm ta’ kunċerti fl-apert, kant, attivitajiet “pop up” u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żagħżagħ. Iċ-ċermen tal-aġenzija, Jason Micallef, qal li dan il-programm se jbiddel il-kapitali f’belt il-mużika, belt ħajja li toffri l-ħin kollu doża ta’ kultura lil kull min iżurha.

Il-programm jibda mil-lum bil-kunċert Xarulu fi Strada Stretta, u jissokta l-ġimgħa d-dieħla bil-kunċert Classique meets Pop fi Pjazza San Ġwann, bil-kantanta Fiona Cauchi u l-mużiċista Lydia Buttigieg. F’Awwissu mbagħad se jkun hemm żewġ kunċerti mill-pjanista Francis Camilleri fuq il-Fosos tal-Forti Sant’ Iermu, u rappreżentazzjoni mużikali li tikkonsisti f’kunċert bil-pjanu minn pjanista Taljan, Leonardo Bailaro, li se jkun akkumpanjat minn żeffiena fit-teatru tal-kampus tal-Università fil-Belt.

Id-direttur tal-aġenzija, Joanna Attard Mallia, spjegat l-għan wara l-inizajttiva. “Nagħmlu iktar fi spazji pubbliċi komuni tal-komunità u nipprovaw insaħħu dejjem li l-ispazji tal-komunità, l-ispazji pubbliċi huma hemmhekk biex jinqasmu bejnietna, huma post fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu.”

Anki l-finalist ta’ X factor Owen Leuellen se jkun protagonist b’kunċert f’Settembru li se jsir fi Pjazza Mattia Preti, wara rappreżentazzjoni taż-żfin mill-grupp tal-hip hop, Street Elements. “Jien imrobbi l-Belt, u kemm nieħu pjaċir meta nara kompożituri, speċjalment Beltin, jew artisti, li jieħdu sehem f’din il-ħaġa, u hekk f’dan il-proġett nkunu nistgħu inqassmu l-mużika differenti, mhux hip hop biss imma mużika differenti wkoll.

Il-programm jissokta wkoll f’Ottubru bil-proġett Tektika Kapitali li jikkonsisti fi tliet rappreżentazzjonijiet: fi Pjazza Tritoni, Triq ir-Repubblika u l-Barakka ta’ Fuq bis-sehem ta’ muċiżisti żagħżagħ li jistgħu jesprimu interess biex jieħdu sehem sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar