Lokali
70,000 persuna laqgħu s-sena l-ġdida fil-Belt Valletta

Aktar minn 70,000 Malti u turist inġabru għaċ-ċelebrazzjoni nazzjonali li ttellgħet fi Pjazza San Ġorġ u fi Triq ir-Repubblika biex jagħtu merħba lis-Sena l-Ġdida.

Il-kunċert tal-bieraħ li ġie organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kien jikkonsisti f’uħud mill-aqwa artisti lokali Maltin, b’kunċert live minn The Travellers, u kien jinkludi wkoll lil DJ Drey, Ozzy Lino and the Candy Moths, Kevin Paul, Gaia Cauchi u Kurt Calleja.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li l-attendenza tal-bieraħ verament turi li l-pubbliku Malti japprezza avvenimenti li jġibu flimkien artisti lokali ewlenin biex jipprovdu spettaklu tal-ogħla livell lill-familja kollha. Qal li huwa importanti wkoll li ninnutaw li din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali kulma jmur dejjem qiegħda tikber matul is-snin, b’mod li ssaħħaħ il-kalendarju kulturali u tattira mhux biss udjenza Maltija imma wkoll turisti li jżuru Malta f’dan iż-żmien tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Il-ġest li għamel l-MCAST mal-istudenti tiegħu f’Jum San Valentinu ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd u xi wħud saħansitra urtaw ruħhom. Matthew Grech, ex persuna gay li kkonverta, qal li dak…

Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Aktar