Il-benefiċċju għal dawk li jidħlu jaħdmu se jibqa’ wara t-tielet sena

Ma tistax tirreġistra għal xogħol li mhemmx domanda għalih

Tnediet dalgħodu l-Politika Nazzjonali tax-Xogħol fejn fost oħrajn se tkun qed twassal biex tiddaħħal sistema ta’ in-work benefits fejn dawk li huma fuq il-benefiċċji soċjali u jidħlu jaħdmu, wara t-tielet sena se jibqgħu jingħataw benefiċċju addizzjonali jekk ikunu bi dħul baxx.

Din il-miżura se tapplika wkoll għal dawk li diġà huma fix-xogħol u huma bil-paga minima u se tkun l-aktar ikkonċentrata fost il-familji bi tfal. Dan minħabba li 65% ta’ dawk li huma fir-riskju ta’ faqar huma familji bit-tfal.

Waqt it-tnedija ta’ din il-Politika li saret fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo, sar magħruf ukoll li l-Gvern se jkun qiegħed iħallas għal leave kollu tal-maternità permezz ta’ żieda fil-bolla.

tnepId-dokument fih 12-il kapitlu, li jittrattaw diversi oqsma fosthom is-suq tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, l-investiment fil-kapital uman, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, inizjattivi biex in-nies joħorġu jaħdmu, inizjattivi għas-suq tax-xogħol, u biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inizjattivi għaż-żgħażagħ, għall-anzjni u għall-persuni b’diżabilità.

Rigward il-benefiċċju tal-maternità, Clyde Caruana, Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ spjega li dan se jgħin lin-nisa jkomplu jaħdmu u ma jiġux sfurzati jitilqu mill-impjieg biex l-employer jiffranka 27% tal-paga (l-ekwivalenti ta’ 14-il ġimgħa maternità). Sostna li dan se jkompli jikkumplimenta s-suċċess taċ-childcare.

Id-dokument jgħid li fil-preżent huma biss 2,000 mara minn 4,000 li jgawdu mil-leave tal-maternità, meta 80% tan-nisa tal-età meta jkollhom it-tfal ikunu qed jaħdmu. L-ispiża tal-maternità madanakollu xorta se tibqa’ tinġarr mill-employers hekk kif din se tinfirex fuqhom kollha permezz ta’ żieda fil-bolla fuq kull impjegat kemm irġiel kif ukoll nisa. L-ammont se jiġi maqbul mal-employers wara li jsiru aktar diskussjonijiet.

Ma tistax tirreġistra għal xogħol li m’hemmx vakanzi għalih

Miżura oħra li se tkun qed iġġib qalba fil-qasam tal-impjiegi hija li persuna mhux se tibqa’ permessibbli aktar li tirreġistra għal xogħol li ma hemmx domanda għalih. Persuna jkollha taċċetta kwanlunkwe xogħol offrut lilha. Dan ifisser li jekk persuna trid taħdem bħala cleaner f’uffiċċju pero m’hemmx domanda, imma hemm domanda għal cleaning fil-lukandi, ikollha tmur għal dak l-impjieg.

F’dan id-dokument estensiv li jittratta bosta oqsma tal-impjiegi, jingħad ukoll li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ jingħad li se jsir investiment kbir fis-sistema tal-IT tagħha biex issir aktar effiċjenti.

Apparti dan se jkun qed isir kapital uman fejn apparti l-fondi Ewropej se jsir sforz nazzjonali biex jiġu investiti aktar flus fit-taħriġ tal-ħaddiema.

Inizjattivi għat-taħriġ u miżuri għall-persuni b’diżabilità

Il-politika nazzjonali tal-impjiegi tisħaq ukoll dwar il-bżonn ta’ inizjattivi biex aktar nies ikomplu jitħarrġu waqt li żżid il-parteċipazzjoni tal-persuni b’diżabilità fis-suq tax-xogħol. Għal dan se jitħabbru inizjattivi ta’ xogħol iffinanzjati mill-ESF biex jindirizzaw il-problemi ta’ xogħol tal-istudenti, nies li għandhom minn 40 sena ‘l fuq, nies dipendenti fuq il-benefiċċji, nies inattivi u żgħażagħ NEETs.

Il-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità se jiġu indirizzati permezz ta’ open employment, social cooperatives, supported employment u sheltered employment.

Apparti dan, il-Gvern qal li se jkun qed jaħdem biex aktar anzjani jkomplu jaħdmu b’konformità ma’ dak rakkomandat fl-Istrateġija Nazzjonali għal AnzjanitàAttiva mnedija f’Novembru li għadda.

Local Employment Development Unit f’Għawdex

Kapitlu sħiħ f’dan il-dokument jittratta l-isfida tax-xogħol f’Għawdex fejn jingħad li se  jitwaqqaf Local Employment Development Unit. Dan il-Unit se jkun qed jiġi kkordinat mill-ETC u se jieħu ħsieb li jinħoloq ix-xogħol f’Għawdex u li jiġi kkordinat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar