Lokali
Il-benefiċċju tal-ġenituri biex jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb it-tfal se jibqa’ sat-3 ta’ Lulju

Il-benefiċċju maħsub għall-ġenituri li minhabba l-pandemija kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb lil uliedhom se jibqa’ jingħata sat-tlieta ta’ Lulju. Dan ħareġ f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministeru tal-Familja Michael Falzon li fiha spjega kif in-nefqa tal-Gvern f’dawn l-għajnuniet soċjali mistennija taqbeż is-17-il miljun sat-tmiem ta’ dan ix-xahar.

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, qal li hekk kif il-pajjiż beda jadatta għan-normalità ġdida naqsu b’aktar minn 700 il-persuni li fl-aħħar ġimgħat kellhom jistrieħu fuq l-għajnuna soċjali minħabba li ntlaqtu mir-restrizzjonijiet tal-pandemija.

Dr Falzon f’rendikont ieħor dwar l-għajnuniet li tħallsu mill-Ministeru qal li l-ħlas lill-benefiċjarji f’erba’ kategoriji li kienu intitolati għall-għajnuna soċjali skorriet it-13-il miljun ewro f’perjodu ta’ tlett xhur. Huwa qal li wara li minn għada ser jitneħħew bosta miżuri, ċerti benefiċji ser jieqfu iżda l-benefiċju tal-ġenituri li jieħdu ħsieb lill-ulied u tal-persuni qgħeda ser jibqgħu jitħallsu għal xahar ieħor.

Mistoqsi jekk fil-baġit adizzjonali tat-Tnejn illi ġej hux se jkun hemm proposti li jibnu fuq dan ir-rispons soċjali tal-Gvern, il-Ministru stqarr li dan huwa l-ħsieb wara l-baġit straordinarju

“L-iskop huwa li tgħin l-ekonomija imma wkoll li tgħin lil-poplu tiegħek allura l-laqta soċjali se tkun hemmhekk ukoll.”

Il-Ministru Falzon qal li apparti l-benefiċċji li skattaw fil-pandemija, l-Gvern baqa’ jagħti benefiċċji soċjali oħra fosthom ic-children’s allowance u l-inwork benefit.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar