Sigurtà
Il-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ sekwestru kienu fuq droga

F’ħames xhur, il-bureau li twaqqaf biex jirkupra flejjes u propjetajiet li fuqhom tkun ħarget ordni ta’ ffriżar jew sekwestru mill-Qorti f’kawżi kriminali, ħadem fuq 19-il ordni ta’ friżar tal-assi. Dan joħroġ mill-ewwel rapport tal-bureau li hu presedut mill-Imħallef Emeritu, Joseph D. Camilleri.

Fl-ewwel ħames xhur tal-operat tiegħu, l-Asset Recovery Bureau daħal fi 19-il każ biex l-assi tal-persuni akkużati b’reati kriminali serji jiġu ffriżati. Il-każi kienu relatati ma’ 13-il każ ta’ droga, ħames każi fuq frodi u każ ta’ kuntrabandu. Il-bureau beda jwettaq il-ħidma tiegħu f’Awwissu tas-sena l-oħra bħala parti mill-istrateġija biex Malta tiġġieled il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Mir-rapport tal-bureau joħroġ li fil-każi investigati kienu involuti 21 persuna. 11-il persuna li kellhom l-assi iffriżati kienu Maltin u għaxra kienu barranin li nofshom kienu Taljani. Mir-rapport tal-Asset Recovery Bureau jirriżulta li 83% tal-assi li ġew maqbuda b’ordni tal-Qorti kienu assi mobbli li jinkludu flejjes fil-kontijiet bankarji, ishma u bonds, vetturi u dgħajjes waqt li 17% tal-assi maqbuda huma immobbli fosthom bini.

L-uffiċjali tal-bureau ħadmu wkoll inventarji tal-ġid ta’ persuni li jkunu qed jiffaċċjaw proċeduri kriminali. Dawn iservu biex il-Qorti jkollha stampa ċara quddiemha tal-ġid tal-akkużati u b’hekk tkun tista’ tiddeċiedi jekk tordnax is-sekwestru tal-propjetà u l-flus, jekk ikun maħsub li dawn ikunu ġew minn xi attività kriminali bħal frodi, traffikar tad-droga u ħasil tal-flus. Is-sena li għaddiet, kien hemm żewġ każi li l-Qorti ordnat il-konfiska tal-ġid tal-persuni misjuba ħatja, għalkemm l-ammonti maqbuda kienu inqas minn tliet elef ewro flimkien ma’ vettura.

Fir-rapport jingħad li l-bureau jrid ikompli jissaħħaħ u jkattar il-koperazzjoni ma’ aġenziji simili barra minn Malta fid-dawl li kważi nofs il-każi li kellu kienu jinvolvu persuni barranin.

 

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar