Lokali
Il-biljett ‘miljunarju’ tas-Super 5 inxtara miż-Żejtun

Il-ġimgħa li għaddiet xi ħadd sar miljunarju mil-lejl għan-nhar hekk kif inqatgħu l-ħames numri tal-lotterija tas-Super 5.

Il-Maltco ippubblikat kopja tal-biljett rebbieħ li jidher li nxtara ftit sigħat biss qabel it-tlugħ minn banka tal-lottu li tinsab iż-Żejtun.

In-numri li telgħu l-ġimgħa li għaddiet huma 4, 6, 14, 19 u 24 u wasslu biex il-persuna li xtrat dan il-biljett rebħet €1,183,449.38.