Barranin
Il-biljunarju Michael Bloomberg qed jikkunsidra li jikkontesta għal President Amerikan

In-negozjant biljunarju Michael Bloomberg qed jikkusidara li jidħol fit-tellieqa għan-nominazzjoni presidenjzali f’isem il-Partit Demokratiku.

L-eks Sindku ta’ New York esprima tħassib li l-għażla ta’ kandidati mhix tajba biżżejjed biex tegħleb lil Donald Trump fl-elezzjoni tal-2020.

In-negozjant ta’ 77 sena mistenni jippreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni primarja f’Alabama. S’issa hemm 17-il kandidat li ser jikkontestaw għan-nominazzjoni f’isem il-Partit Demokratiku. Joe Biden, Elizabeth Warren u Bernie Sanders jidhru fuq quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija li qed tipproduċi l-ajruplani Boeing, qed taffaċċja problemi ġodda relatati mal-ajruplan kontroversjali 737 Max. Dan hekk kif instabu frak u fdalijiet fit-tankijiet tal-fjuwil ta’ uħud mill-ajruplani li qed jistennew…

Barranin

L-Unjoni Ewropea ddikjarat lill-Panama, is-Seychelles, Cayman Islands u Palau bħala tax havens u poġġiethom fil-lista s-sewda. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Valdis Dombrovskis, qal li dawn il-ġurisdizzjonijiet qed itappnu r-reputazzjoni tagħhom…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara ta’ 55 sena tilfet ħajjitha wara li nġarret mill-kurrent tal-ilma kawża tax-xita qawwija minħabba l-maltempata Dennis. Ix-xita qawwija wasslet biex mijiet ta’ djar għerqu bl-għargħar. Minħabba x-xita…

Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Aktar