Propjetà
Minkejja l-inċertezza fis-suq tal-proprjetà, jemmen li mhux ġejja sena ħażina

Għalkemm fl-aħħar ġimgħat, l-attività fis-suq tal-propjetà tidher li battiet sew, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, qal li huwa ottimist li s-suq jerġa’ jirranka, iżda fl-istess ħin tenna d-diżappunt tal-iżviluppaturi bil-liġi l-ġdida tal-kera.

Nutara u aġenti tal-propjetà li tkellmu ma’ Television Malta ikkonfermaw li fl-aħħar ġimgħat, in-negozju fis-suq tal-propjetà jidher li ħa majnata u naqqas ir-ritmu tal-bejgħ tal-propjetà.

F’din l-arja ta’ inċertezza fis-suq, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, qal li ma jemmnix li l-2020 ser tkun sena diżastruża fl-industrija tal-kostruzzjoni u fis-suq tal-propjetà.

“Dak huma spekulazzjonijiet jew gut feeling ta’ xi ħadd amatuer, hemm ċertu bżonn fine tuning f’ċertu policies inkluż fil-liġi tal-kera.”

Is-Sur Chetcuti qal iżda li jridu jaħdmu ħafna biex jirranġaw il-ħsara li saret fil-pajjiż. “Saret ħafna ħsara. Il-bini ġġarraf iżda s-sisien għadhom sodi. Jien għandi fiduċja sħiħa fl-imprenditur Malti.”

Qal li l-Malta Developers Association se taħdem bis-sħiħ biex l-ekonomija tibqa’ għaddejja b’ritmu ta’ tkabbir. Żied jgħid iżda li s-sidien tal-propjetajiet huma ħosbiena bil-liġi l-ġdida tal-kera għaliex din neħħiet ħafna mill-kunċett li l-partijiet jistgħu jaqblu fuq il-kundizzjonijiet tal-kirja li mhix biss il-prezz tagħha.

“Naħseb li jekk irridu nkomplu u ma nwaqqfux l-ekonomija, il-Gvern għandu bżonn jindirizza xi ħaġa li mhux se taħdem.”

L-MDA qed tikkritika din ir-riforma għaliex temmen li tnaqqas mill-aptit għall-investiment f’dan is-settur, speċjalment f’proprjetajiet lussuzi.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar