Qasam soċjali
Il-bini ta’ appartamenti soċjali fiż-Żurrieq fi stadju avvanzat

Ix-xogħol tal-ġebla fil-qasam tad-djar il-ġdid li qed jinbena fiż-Żurrieq jinsab fi stadju avvanzat. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes żar is-sit fi Triq Ta’ Ċiantar li qed jinbidel f’saqaf għal 25 familja fil-bżonn.

Fi stqarrija l-Gvern qal li dan il-proġett mhux biss se jkun qed joffri 25 appartament ta’ housing soċjali ġdid, iżda jinkludi wkoll 21 garaxx. L-appartamenti qed jinbnew f’sit ta’ 1,200 metru kwadru, li kollha se jkunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà.

Il-Ministru Galdes innota li l-proġetti ta’ housing soċjali ġdid imorru lil hinn mill-istandard ta’ housing soċjali tal-passat, fejn minflok proġett ikkonċentrat f’żona waħda, qed isiru binjiet iżgħar li jħallu impatt estetiku aħjar fuq iż-żona tal-madwar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li l-Awtorità qed tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tal-ġurnata, waqt li fakkar fl-iskemi li introduċiet l-Awtorità fl-aħħar xhur bil-għan li tindirizza faxex differenti tas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Safar

Malta, Franza u l-Olanda huma fost il-pajjiżi li żdiedu fil-lista ta’ kwarantina tar-Renju Unit. Dan ifisser li persuni li jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi għar-Renju Unit iridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina….

COVID-19

Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet lil tvm.com.mt li bħalissa hemm 39 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, li qed jingħataw kura fl-isptarijiet. Ħdax-il pazjent jinsabu rikoverati fl-isptar Mater Dei, li tnejn minnhom…

Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana qabdu bank draft ta’ €75,600 li kien qed iġorr passiġġier li kien għadu kif wasal Malta minn Bucharest fir-Rumanija. Huwa twaqqaf għall-għarrieda minn uffiċjali ta’ kontra l-ħasil tal-flus…

Kronaka

Raġel barrani ġarrab ġrieħi serji b’daqqiet ta’ arma li taqta’ bil-ponta. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.15 p.m. meta l-pulizija ġiet infuramata li f’Ta’ Qali kien hemm persuna bi ġrieħi viżibli….

Aktar