Edukazzjoni
Il-bini ta’ rocket huwa l-għors tal-istudenti li jżuru l-Esplora

L-għan taċ-ċentru interattiv tax-xjenza, Esplora, hu li jservi ta’ pont bejn it-teorija u l-prattika. Iċ-ċentru fil-Kalkara ppreżenta l-programm edukattiv għas-sena skolastika li ġejja lill-għalliema, li ngħataw preżentazzjoni dwar il-faċilitajiet u r-riżorsi li hemm fiċ-ċentru, bil-għan li x-xjenza tasal għand aktar studenti.

“Jieħdu ħafna gost. Avolja xi kultant ikunu jriduni nispjegalhom,” fissret l-għalliema Suzanne Deguara.

“Jieħdu pjaċir ħafna għandhom concentration span qawwija mhux bħal meta qed tagħmillhom xi ħaġa li nivvintahilhom jiena qed jagħmluha huma,” qalet l-għalliema Gladys Mercieca.

Clayton Cutajar, Manager fl-Esplora, qal li ċ-ċentru hu attrezzat b’materjal, tagħmir, esebizzjonijiet u teknoloġija, li jiġu aġġornati biex it-tagħlim ikun aktar effettiv.

“L-għalliema jtuna ħafna feedback; hawnhekk l-Esplora aħna estensjoni tas-sillabu tal-iskejjel fejn nisapportjaw l-għalliema imma ovvjament, l-Esplora m’huwiex biss marbut mas-sillabu imma jimraħ ftit iżjed, hawnhekk għandna ħafna esebiti li jgħaqqdu t-tagħlim mal-ħajja ta’ kuljum,” spjega s-Sur Cutajar.

Ryan Ruggier, uffiċjal fl-Esplora qal li l-programm hu addattat għall-etajiet kollha u jinkludi avvenimenti marbuta ma’ żminijiet partikolari tas-sena.

“L-aktar attività favorita tagħhom hija l-‘Blast Off’, fejn jibnu rocket bħala tim, imbagħad jistgħu jvaraw ir-rocket bħala tim fil-plaza tagħna, din hija waħda mill-attivitajiet favoriti tagħna,” qal is-Sur Ruggier.

Iċ-Chairperson tal-Esplora, Jeffrey Pullicino Orlando, saħaq fuq l-għan aħħari tal-programm: li jinċentiva aktar studenti biex jistudjaw u jispeċjalizzaw fis-suġġetti tax-xjenza. “L-iskop aħħari taċ-ċentru kien li nentużjażmaw aktar l-istudenti, iżjed tfal, tfajliet u ġuvintur biex jieħdu iktar suġġetti tax-xjenza.”

Fiċ-ċentru Esplora ġiet inawgurata wkoll tpinġija, li tfakkar il-ħamsin anniversarju minn meta astronawti Amerikani niżlu fuq il-qamar. Il-pittura fiha l-marki tas-saqajn ta’ mitt persuna, li f’Lulju attendew attività li fakkret dan l-anniversajru.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar