Lokali
Il-binja tal-Cafè Premier se tinbidel f’berġa u ċentru ċiviku

Sa tmiem din is-sena l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta se jiġi rilokat għal post ikbar, aktar ċentrali u aċċessibli fil-binja ikonika ta’ Cafe Premier li l-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr ilhom madwar sena jaħdmu fuqha.

Waqt konferenza f’għeluq il-100 jum tal-Gvern, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kultura, Owen Bonnici qal li b’hekk il-Gvern se jkun qed iżomm mal-wegħda li jlesti x-xogħol fil-ħin qabel Jannar li ġej meta l-Belt tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

“Din hija ħolma li ħa ssir realtà mhux biss għar-residenti tal-Belt Valletta li dejjem xtaqu li jkollhom post ċentrali fejn jistgħu jinqdew imma anke għall-pubbliku inġenerali għax il-pubbliku inġenerali wkoll jista’ jinqeda mill-aħħar tas-sena ‘l quddiem minn dan il-post għas-servizzi tiegħu,” qal il-Ministru.

Hekk kif il-Kunsill Lokali jiċċaqlaq minn binja mhux aċċessibli fi Triq Nofsinhar għal din il-binja, minnufih se jibda x-xogħol biex parti oħra ta’ dak li kien Cafe Premier tinbidel f’berġa tas-saħħa u ċentru ta’ matul il-jum għall-anzjani kif spjega s-Sindku tal-Belt, il-Professur Alexei Dingli.

“Dawn iż-żewġ servizzi ħa jkunu fit-tieni fażi jiġifieri fil-parti l-ġdida tal-binja li għad irrid naħdmu fuqha u apparti minn hekk qed naħdmu wkoll biex ikun hawn maker space għat-tfal biex ikunu jistgħu jiġu hawnhekk u jitgħallmu, jiġifieri dawn is-servizzi kollha ħa jkunu servizzi ġodda għan-nies tal-belt u għalina u ta’ sodisfazzjon kbir ħafna,” qal is-Sindku.

Intqal li fit-tieni fażi tal-proġett se jiġi stallat lift li jagħti għall-Bibljoteka Nazzjonali li se ssir aċċessibli għal min għandu diffikultà ta’ mobiltà.

Il-Ministru Bonnici spjega li bħalissa fil-Belt Valletta għaddej xogħol ta’ restawr u tisbiħ fuq mill-inqas 14-il sit ieħor.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

Steward Healthcare li għalqet sena fit-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, qed taħdem mal-kumpanija Philips Healthcare tal-Istati Uniti b’konnessjoni mal-masterplan għat-tliet sptarijiet li ser jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla. Il-kap tal-Operazzjonijiet ta’ Stewards f’Malta,…

Parlament

L-Assitent Direttur fl-Awtorità tal-Artijiet Peter Mamo qal illi fil-każ tal-esproprjazzjoni tal-art fil-Fekruna f’San Pawl il-Baħar ma ntużatx il-proċedura li l-Gvern juża f’ċirkostnazi simili iżda sar negozjar mas-sid privat qabel sar…

Qorti

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa, Manweli Zahra nżamm arrestat wara li ġie akkużat b’abbuż sesswali fuq mara vulnerabbli ta’ madwar 30 sena. Fil-Qorti ġie spjegat li l-mara hija persuna…

Lokali

L-Għaqdiet ta’ Min iħaddem u unions tal-ħaddiema jaqblu li hemm bżonn riforma fit-tribunal industrijali li ilu mwaqqaf mill-1975. F’konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, MEA, ġiet diskussa l-bżonn ta’ din…

Aktar