Kaċċa u Insib
Il-BirdLife tgħid li l-gamiem spiċċa fil-mira waqt il-kaċċa għas-summien

BirdLife Malta qalet li l-gamiem qed jispiċċa fil-mira waqt l-istaġun tar-rebbiegħa li nfetaħ għall-kaċċa tas-summien.

L-għaqda qalet li mal-ewwel sinjali tal-passa tal-gamiem, diġà rċeviet l-ewwel gamiema feruta b’tiri. Fakkret li l-gamiema hija
tajra protetta hekk kif illum hija kklassifikata bħala speċi vulnerabbli.

Allegat li l-istaġun infetaħ apposta tul il-qofol tal-passa tal-gamiem, minflok infetaħ aktar kmieni meta jgħaddu biżżejjed summien biex tintlaħaq il-kwota ta’ 5,000 għasfur.

Sadanittant, fl-aħħar jiem BirdLife Malta qalet li ġabret erba’ għasafar protetti oħra feruti b’tiri ta’ senter, kif jidher fil-filmat li xandret. Dawn jinkludu żewġ bagħdan aħmar, agrett abjad u gawwija prima b’ċurkett Taljan li faqqset fi Sqallija s-sena l-oħra.