Kaċċa u Insib
Il-BirdLife tgħid li l-kaċċaturi m’humiex privileġġjati

L-għaqda BirdLife Malta qalet li l-kaċċaturi mhumiex sezzjoni privileġġjata tas-soċjetà Maltija, u l-Gvern m’għandux jikkunsidra li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa tar-rebbiegħa.

Il-BirdLife kienet qed tirreaġixxi wara stqarrija mill-FKNK iktar kmieni llum, li fiha qalet li l-kaċċaturi qed jistennew fuq ix-xwiek biex tingħata deroga fuq is-summien u l-gamiem.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana, qal li mijiet ta’ kaċċaturi qegħdin jabbuzaw min-nuqqas ta’ preżenza tal-pubbliku u l-pulizija fil-kampanja biex jagħmlu li jridu.

Stqarr li huwa ta’ għajb li dawn l-għaqdiet qegħdin jinsistu mal-Gvern li jinfetaħ staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, meta l-Gvern għandu prijoritajiet ferm iktar importanti.

Qal li dan żgur mhuwiex lanqas iż-żmien opportun biex jiġi mgħobbi iktar piż ta’ infurzar fuq il-pulizija f’mument daqstant delikat.

BirdLife Malta qalet li fl-aħħar ġimgħat osservat diversi illegalitajiet kemm ta’ kaċċa kif ukoll ta’ nsib, fosthom fuq irsieset, tajr tal-plajja u tajr tal-priża li daħlu jistkennu f’pajjiżna, speċjalment nhar l-Erbgħa li għadda.

Ara l-filmat:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Baqgħu ħamsa l-każijiet attivi tal-Covid-19 f’Malta, hekk kif mill-bieraħ ‘l hawn ma kien hemm ebda każ ġdid ta’ infezzjoni, u lanqas ta’ fejqan. Dawn ir-riżultati ħarġu wara li fl-aħħar 24…

Ekonomija u Finanzi

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonfermat li l-industrija Maltija kompliet tkun fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Dan meta minkejja l-pandemija, bejn April u Mejju 2020 kien hemm żieda ta’…

Radju

L-Awtorità tax-Xandir fi stqarrija avżat li se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tar-radju, is-Sibt 25 ta’ Lujlu, l-ewwel u t-tieni t’Awwissu. Ma’ dawn se jkun affettwat ukoll TVM1 u TVM2 HD…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li…

Aktar