Annimali
Il-BirdLife tilqa’ d-deċiżjoni tal-kumitat Ornis fuq l-istaġun għall-għasafar tal-għana

BirdLife Malta qalet li fl-aħħar rebaħ is-sens komun, hekk kif il-Kumitat Ornis ma rrakkomandax il-ftuħ ta’ staġun tal-insib għall-għasafar tal-għana din is-sena.

Fi stqarrija l-għaqda qalet li qed tistenna l-konferma min-naħa tal-Gvern dwar dan l-aħħar żvilupp.

BirdLife qalet li r-reazzjoni tal-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju li għadda biex jipprova jiġġustifika d-deroga għar-riċerka xjentifika dwar seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana ma wassal imkien, hekk kif il-Kummissjoni bagħtet it-tieni twissija formali lil Malta f’dan ir-rigward.