Kaċċa u Insib
Il-BirdLife u l-CABS kontra l-ftuħ tal-istaġun tar-rebbiegħa – jirrappurtaw kaċċa illegali

L-għaqdiet BirdLife Malta u CABS qed isostnu li l-Gvern m’għandux jikkunsidra li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Birdlife Malta qalet li din tkun deċiżjoni irresponsabbli, għax il-kundizzjonijiet tad-deroga mid-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar jirrikjedu li għal kull 1,000 kaċċatur għandu jkun hemm seba’ uffiċjali tal-pulizija, iżda qalet li dan mhux se jkun possibbli għax il-forzi tas-sigurtà huma mgħobbija b’impenji relatati mal-kriżi COVID-19.

Żiedet tgħid li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, irċeviet seba’ għasafar protetti li spiċċaw fil-mira tal-kaċċa illegali – tliet Spanjuletti u erba’ Bagħdan Ħomor.

Min-naħa tagħha, il-CABS qalet li mid-9 ta’ Marzu ’l hawn irċeviet 18-il każ ta’ insib illegali u żewġ każijiet ta’ kaċċa illegali fi staġun magħluq.

Ara wkoll:

Kaċċaturi qed jistennew deroga fuq is-summien u l-gamiem fir-Rebbiegħa

Il-BirdLife tgħid li l-kaċċaturi m’humiex privileġġjati

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li huwa qatt aktar mhu se jafda Membri Parlamenti li minn żmien għal żmien urew li m’għandhomx fiduċja fih. Huwa qal li…

Lokali

Instab il-ftehim fil-prinċipju li kien ġie ffirmat mill-Gvern mal-Vitals Global Healthcare. Kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li l-memorandum of understanding għadda għand l-Awditur Ġenerali. Dan il-ftehim kien sar qabel ma…

Edukazzjoni

Mal-4,000 student dalgħodu rċevew il-marki tagħhom mill-bord tal-MATSEC għas-suġġetti tal-eżamijiet tas-SEC li b’eċċezzjoni din is-sena ma sarux minħabba l-Covid 19. Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-bord tal-MATSEC tħabbar li wara proċess rigoruż…

Kultura

Verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival li fit-tletin anniversarju mindu beda jiġi organizzat fiċ-ċirkustanzi ta’ din is-sena se jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live f’nofsinhar u filgħaxijiet fid-daħla tal-Belt….

Aktar