Barranin
Il-Bitcoin b’telf ta’ 14%

Wara ġimgħa tajba għall-cryptocurrencies, il-Bitcoin esperjenza telf ta’ 14% f’inqas minn siegħa, fi tmiem il-weekend li għadda.

Ma kienx biss il-Bitcoin li esperjenza telf f’daqqa, l-għaliex anke ethereum u Dogecoin sofrew xi telf qabel irkupraw ftit.

Jidher li dan kollu seħħ minħabba għidut mhux ikkonfermat fuq Twitter, li fl-Istati Uniti se jinkixfu każijiet ta’ ħasil ta’ flus marbuta mad-dinja tal-cryptocurrencies.