Kultura
Il-bizzilla – tradizzjoni li ġejja minn żmien il-Kavallieri

Hija x-xena tal-imgħoddi mill-ħajja ta’ kuljum tal-mara Għawdxija. Bilqiegħda fuq siġġu baxx, wiċċha lejn il-ħajt, bit-trajbu f’ħoġorha u erħilha ċċekċek iċ-ċombini u ttajjarhom b’ħeffa minn id għall-oħra, tistinka ħalli x-xogħol jitla’ u ddaħħal xi ħaġa tal-flus fl-aħħar tal-ġimgħa. Il-biżżilla għamlet l-ewwel dehra tagħha f’Ġenova fl-1530 fl-istess sena tal-wasla tal-kavallieri f’Malta.

Dr Consiglia Azzopardi, il-bizzilla tafha sew u hija espert fis-suġġett. Dak kollu li taf u rriċerkat dwar l-istorja rikka tal-bizzilla ġabritu fi ktieb ‘Maltese Lace, History and Mystery, Four Centuries of Bizzilla’.

Il-Kavallieri, ulied l-aqwa familji fl-Ewropa, ġabu Malta u Għawdex is-sengħa tal-bizzilla. Kien żmien meta l-bizzilla kienet imfittxija ħafna tant li din is-sengħa saret industrijali artiġġjanali. Minn żmien l-Ordni ta’ San Ġwann għaż-żmien l-Ingliżi, din is-sengħa baqgħet fl-aqwa tagħha u mgħallma fi skejjel li twaqqfu apposta.

Iż-żmenijiet ta’ wara l-aħħar gwerra raw ix-xogħol tal-bizzilla jieħu daqqa ta’ ħarta iżda bil-ftuħ tal-iskola tal-Arti f’Għajnsielem 32 sena ilu, Dr Azzopardi reġgħet żergħet l-imħabba lejn din is-sengħa.

Il-ktieb ta’ Dr Consiglia Azzopardi tnieda f’Għawdex stess, fejn f’diskussjoni dwar is-sengħa tal-bizzilla ħareġ li minkejja l-iżvilupp teknoloġiku xejn ma jieħu post il-bizzilla li tinħadem bl-idejn li hija arti minnha nfisha u jeħtieġ li tibqa’ tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar