Kisbiet
Il-BNF Bank jingħata l-premju ‘Best Innovation in Retail Banking Malta 2018’

L-analista globali tal-industrija finanzarja u r-rivista International Banker għażel lil BNF Bank għall-premju Best Innovation in Retail Banking Malta 2018.

Il-premju hu wieħed minn numru li jirrikonoxxi organizzazzjonijiet li jilħqu riżultati eċċellenti u li jistabilixxu standards ġodda fl-industrija.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ BNF Bank Michael Collis, akkumpanjat mill-Kap tal-Business Development Melvin Pellicano, kien Londra għall-għotja tal-premju fil-London Stock Exchange.

Is-Sur Collis qal “il-premju li ngħata lill-Bank tagħna jirrifletti l-importanza li dejjem tajna lil erba’ elementi b’saħħithom u li jagħtu valur fl-operat tagħna – mudell ta’ bbankjar iffukat, servizz personalizzat lill-klijenti, marka visibbli u fdata li kompliet tissaħħaħ bħala BNF Bank, u l-entużjażmu u l-perseveranza tat-tim tagħna f’suq kompetittiv ħafna.”

Qal ukoll li “r-riżultat hu wieħed ta’ servizz inimitabbli f’kuntest lokali fejn il-klijenti jeżiġu attenzjoni professjonali u personali. Ma stajniex nirbħu dan il-premju mingħajr it-tim imprezzabbli tagħna! Aħna grati li għandna nies motivati, professjonali u dedikata għall-aħħar.”

BNF Bank hu wieħed mill-ħames banek ewlenin u sistemiċi ta’ Malta.

Permezz ta’ approċċ segmentat, il-BNF Bank qal li jiffoka fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tal-klijenti personali u tan-negozju, bi prodotti maħluqa apposta, ikkombinati ma’ servizz personalizzat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella flimkien mas-Sinjura tiegħu Miriam ivvutaw fiż-Żejtun. Huma vvvutaw għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Aktar kmieni vvutaw il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Il-votazzjoni…

Qorti

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Gżira nħeles mill-arrest wara li darab ħafif lis-sieħba tiegħu li jgħixu flimkien. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-vittma qalet li tixtieq li jibqgħu jgħixu flimkien u…

Qorti

Liam Debono nżamm arrestat wara li mill-ġdid sab ruħu l-Qorti b’rabta mal-arrest li seħħ ilbieraħ wara li nqabad isuq mingħajr liċenzja. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, Debono ġie akkużat li lbieraħ…

Aktar