Barranin
Il-bniet qed jiżviluppaw qabel il-waqt bix-shampoos u l-fwejjaħ

Il-kimiċi preżenti fix-shampoos, il-fwejjaħ, id-deodorants u s-sapun jaf qed iġiegħel il-bniet jiżviluppaw qabel il-waqt.

Dan instab fi studju ppubblikat fil-ġurnal Human Reproduction, li eżamina l-livelli ta’ kimiċi bħall-parabens, phenols u phthalates.

Ir-riċerkaturi osservaw 179 tifla u 159 tifel li twieldu bejn l-1999 u l-2000 f’Kalifornja.  Fir-riċerka tagħhom, ir-riċerkaturi studjaw il-livell ta’ kimiċi preżenti fl-ommijiet waqt it-tqala u fit-tfal la laħqu l-etajiet ta’ 9 snin.

Instab li żewġ kimiċi partikolari, b’xi mod, affettwa l-iżvilupp tal-bniet iżda bl-ebda mod ma affettwa lis-subien. L-ommijiet, li waqt it-tqala kellhom livelli tal-kimiċi diethyl u phthalate, welldu bniet li spiċċaw żviluppaw qabel il-waqt.

Ir-riċerka sabet ukoll li dawk il-bniet li kellhom livelli ogħla mis-soltu ta’ parabeni wkoll żviluppaw qabel il-waqt.

Dr Harley, li mexxa din ir-riċerka, qal li dan l-istudju jista’ jitfa’ dawl fuq l-għaliex it-tfajliet jiżviluppaw ħafna qabel is-subien fl-aħħar snin. Skont Dr Harley, il-bniet li jgħaddu mill-fażi ta’ pubertà qabel il-waqt iwassal għal problemi fis-saħħa mentali u jżid ir-riskju ta’ kanċer fis-sider u fl-utru.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar