Lokali
Il-bomba jidher li splodiet minn persuna li kienet fuq il-cabin cruiser

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda u eventwalment il-ġuri tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mistennija jkunu parti importanti mill-istorja legali.

Dan mhux biss minħabba n-natura tal-każ innifsu iżda għax din hija l-ewwel darba li ser tkun ippreżentata x-xhieda kruċjali bl-involviment tal-uffiċjali tal-FBI li kienet strumentali biex il-Pulizija waslu biex iressqu lill-aħwa Degiorgio u lil Muscat u jixluhom bid-delitt.

Fil-Qorti se jibdew joħorġu l-fatti u l-provi ta’ x’ġara fis-16 ta’ Ottubru

Filwaqt li fl-aħħar ġimgħat kien hemm bosta spekulazzjoni li mhux kollha kienu bbażati fuq il-fatti, fil-Qorti issa jibdew ħerġin il-fatti u l-provi ta’ dak li verament ġara fis-16 ta’ Ottubru meta nqatlet s-Sinjura Caruana Galizia.

Sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li wieħed mill-akkużati kien il-Bidnija meta seħħet l-isplużjoni. Però mid-data elettronika, jirriżulta li dan kien qiegħed jgħasses u jsegwi l-passi tal-vittma u kien hu li informa lil wieħed mill-akkużati li seta’ jattiva l-bomba li qerdet il-karozza u qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Dan jidher li sar b’SMS mibgħut lil mobile imqabbad mal-bomba. It-tagħmir speċjalizzat tal-FBI li permezz tiegħu saret dik magħrufa bħala trianagulation, ġie stabblit  li l-persuna li sploda l-bomba kien ferm ‘il bogħod mill-Bidnija.

Aktarx li ntuża cabin cruiser biex minnu sseħħ l-isplużjoni tal-bomba

Infatti, cabin cruiser li deher fil-filmati tal-Forzi tal-Ordni li wettqu l-operazzjoni nhar it-Tnejn fil-Marsa jista’ jkun li ntuża fil-kumplott biex inqatlet is-Sinjura Caruana Galizia.

L-esperti tal-isplussivi issa jistgħu jgħidu b’ċertezza li l-isplussiv li ntuża ma kienx Semtex kif kien intqal f’diversi rapporti fil-media, iżda TNT.

Il-provi elettroniċi li nġabru bis-saħħa tal-FBI ġew kollaborati b’evidenza oħra elevata u miġbura fosthom mill-qiegħ il-baħar fil-Menqa tal-Marsa, fejn nifmhu li l-għaddasa tal-Forzi Armati rnexxielhom jirkupraw materjal li huwa relevant ħafna għall-investigazzjoni.

Għadha għaddejja t-tfittxija għal materjal ieħor li jista’ jkun relevanti

L-ghaddasa tal-Forzi Armati komplew anke fl-aħħar sigħat ifittxu f’qiegħ il-baħar fil-Menqa materjal ieħor li jista’ jkun relevant u dehru jtellgħu xi oġġetti u jgħadduhom lill-uffiċjali fuq l-art. Sadanittant għad hemm sorveljanza u għassa 24 siegħa kuljum fl-inħawi tat-tinda tal-patata fil-Menqa, li qed titqies li kienet qed isservi ta’ bejta għall-kriminali.

Kien hawnhekk stess li nhar it-Tnejn ġew arrestati t-tliet irġiel li issa jinsabu akkużati bil-qtil tas-Sinjura Caruana Galizia. Dan wara blitz ippjanat u organizzat flimkien bejn il-Pulizija u l-Forzi Armati li beda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu sakemm saru l-arresti ftit wara t-8am.

Il-Pulizija jemmnu li għandhom f’idejhom provi qawwija biżżejjed biex tipprova l-akkużi fi grad meħtieġ f’kawżi kriminali. Mill-banda l-oħra sorsi legali saħqu li t-tliet akkużati jibqgħu ikkunsidrati bħala innoċenti sakemm jinstema’ l-każ tagħhom.

Ara wkoll:

Kien SMS li kkawża l-isplużjoni fatali fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia

ARA: Il-mumenti x’ħin is-suldati daħlu għall-għarrieda fuq is-suspettati fil-Marsa

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġimgħa għas-servizz pubbliku ssuktat bl-għoti ta’ rikonoxximent lill-impjegati għall-ideat li ressqu biex jitjieb l-operat tas-servizz pubbliku. Fost is-sitt uffiċjali pubbliċi ppremjati, Vannessa Caruana li hija learning support educator. Hi ħarġet…

Lokali

Il-Knisja Kattolika madwar id-dinja llum iċċelebrat għall-ewwel darba l-festa ta’ Marija Omm il-Knisja. Dan se jibqa’ jsir kull sena l-għada ta’ Għid il-Ħamsin, wara deċiżjoni tal-Papa Franġsiku li inkluda din…

Lokali

F’Malta l-għadd ta’ vetturi issa qed ilaħħaq it-873 għal kull elf persuna. Iż-żieda fil-vetturi ma tirriżultax biss f’aktar traffiku fit-toroq iżda f’effetti fuq is-saħħa tan-nies. Studju minn żewġ ekonomisti jikkonferma…

Lokali

Mitt jum mill-ġurnata mindu tanker żgħir registrat fit-Togo nkalja fuq il-blat qrib iż-żona Ta’ Fra Ben, fil-Qawra, beda x-xogħol biex it-tanker jinqala’ minn mal-blat. Dan wara li ħarġu l-permessi meħtieġa…

Aktar