Il-bonus ta’ €35 se jingħata fl-aħħar tax-xahar

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fis-sensiela Malta Ottimista għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali qal li l-Gvern huwa pożittiv għax bil-fatti qed joħloq ix-xogħol u anke implimenta sensiela ta’ beneficcji socjali ġodda. Qal li fost dawn il-Gvern ta’ bejn €100 u €200 lill-anzjani li qed jaqgħu lura. Spjega li l-għoli tal-ħajja nżammet taħt kontroll u ta bonus ta’ €35 lill-familji li ntqal li ser jingħata fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Fil-budget għal din is-sena, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kien ħabbar fid-diskor tal-budget li minħabba li l-kumpens għall-għoli tal-ħajja huwa ftit, il-Gvern kien se jagħti bonus addizzjonali ta’ €35 fis-sena lill-ħaddiema kollha full-time li mhux se jgawdu mit-tnaqqis fl-income tax, il-pensjonanti, dawk fuq il-benefiċċji soċjali u pro-rata lill-ħaddiema part-time u l-istudenti. Din il-miżura qal li kienet se tiswa’ €8 miljunu ser titħallas kollha mil-Gvern anke għall-ħaddiema tal-privat.

Fil-Birgu ll-Prim Ministru qal li l-fiduċja li l-poplu ta lill-Partit Laburista ssarrfet f’ħidma biex ikunu mgħejjuna s-setturi kollha fil-pajjiż.

Dr Muscat qal li jaf li l-prekarjat għadu mhux solvut minkejja li kien attakkat. Qal li l-prekarat jinħoloq min dawk li jafu jduru mal-liġi. Sostna li l-Gvern ħa diversi miżuri u issa min jibqa’ jilgħab mad-drittijiet tal-ħaddiema ser jiġi blacklisted. Fakkar ukoll li l-qgħad jinsab fl-istess livell fl-istorja.

Dwar l-edukazzjoni qal li l-għalliema qed jingħataw il-benefiċċju li jistudjaw bi ħlas għal sena għax dan huwa investiment fl-għalliema u fl-istudenti għax l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-ħajja aħjar.

Dr Muscat qal li l-Gvern mhux biss raħħas il-prezz tal-fuel tmien darbiet konsekuttivi iżda anke qed iraħħas il-gass.

Dr Muscat reġa’ kkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni li għadu jaħsibha dwar il-każ ta’ Giovanna Debono. Qal li jiġri x’jiġri l-Partit Labruista ser jibqa’ jaħdem favur il-familji Maltin u għan-negozji.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro. Ir-restawr…

Qorti

Dr Manfred Galdes li kien Kap Eżekuttiv tal-FIAU, qal li n-nuqqas ta’ riżorsi fit-taqsima tal-Pulizija dwar ir-reati ekonomiċi kienet qed tagħmel ix-xogħol tal-FIAU inutli. Spjega li r-rapporti li l-FIAU kienet…

Saħħa

Fiċ-Ċina, tliet persuni mietu u iżjed minn 200 oħra jinsabu morda, wara li ħakimhom mikrobu ġdid li qed jissejjaħ novel coronavirus. F’kummenti lil TVM, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci,…

Aktar