Politika
Il-Bord tal-Etika tal-PN jikkonkludi li Hermann Schiavone ma kisirx regoli tal-partit, jirriżenja Norman Vella

Id-deputat Dr Hermann Schiavone mistenni jerġa’ lura fi ħdan il-grupp Parlamentari Nazzjonalista wara li f’April li għadda kien issospenda lilu nnifsu mill-grupp fl-isfond ta’ kontroversja li qamet meta sar magħruf li kellu laqgħa ma’ Yurgen Fenech li kien fil-mira ta’ kritika dwar il-kumpanija 17 Black.

Stqarrija tal-Partit Nazzjanalista wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv intqal li l-kumitat aċċetta r-rakkomondazzjonijiet tal-Bord tal-Etika li kkonkluda li Dr Schiavone ma kiser l-ebda struzzjoni jew regola tal-Partit u għalhekk ma ħassx li kellu jirrakkomanda proċeduri oħrajn kontrih. Il-bord qal ukoll li lanqas ma jirriżulta li kien hemm intenzjonijiet ħżiena u dan kien każ ta’ nuqqas ta’ sens ta’ ġudizzju.

Din id-deċiżjoni waslet biex l-ex kandidat Nazzjonalista Norman Vella rreżenja minn kandidat, kunsillier u minn membru tal-Partit. Fuq Facebook, is-sur Vella esprima l-għadab tiegħu għad-deċiżjoni tal-Partit li qal tmur kontra dak li ħadem u li n-Nazzjonalisti vvutaw għalih sentejn ilu. Is-sur Vella, fl-istess waqt irrikonoxxa li min ġie fdat bit-tmexxija tal-Partit u tal-organi tiegħu għandu l-jedd jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma l-aħjar u jmexxi l-Partit fid-direzzjoni li jħoss li għandu jmexxih.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Hermann Schiavone jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari tal-PN

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar