Ippjanar u bini
Il-bord tal-PA jiddikjara li hu kontra l-proġett tal-AUM kif propost

Id-deċiżjoni tal-bord tal ippjanar dwar il-masterplan għal estensjoni tal-kampus tal-American University of Malta ġiet diferita għal seduta oħra.

Dan wara li l-membru tal-bord esprimew unanimament l-intenzjoni tagħhom li jivvutaw kontra l-proġett kif inhu, l-aktar minħabba l-bini tar-residenzi għall-istudenti fil-pjazza tal-Pitkalija u d-daqs tal-binja għall-amministrazzjoni, li ser tgħatti l-veduta tas-swar tal-Isla.

Waqt il-preżentazzjoni tal-proġett, il-Perit Edwin Mintoff qal li l-applikazzjoni tinkludi r-riġenerazzjoni tan-Knights Building, li ser jintuża għal skop edukattiv, il-bini ta’ parkeġġ taħt l-art, u binja oħra li se tinbena għall-amministrazzjoni tal-Università.

Il-membri tal-pubbliku li tkellmu waqt il-laqgħa qalu li l-proġett mhux ser jgħin lir-residenti taż-żona, u ħa jkompli jżid il-problemi fl-inħawi.

Il-President tal-American University of Malta, Dr Lewis Walker, qal li l-Università għandha bżonn aktar spazju biex tkun tista’ toffri s-servizzi tagħha lill-istudenti

Iċ-Chairman tal-Bord, il-Perit Vince Cassar, ta xahar ċans biex l-applikant jemenda l-proġett, qabel jittieħed il-vot finali.

Ritratt: Impressjoni artistika tal-proġett propost.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara ta’ 57 sena li toqgħod is-Swieqi weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fis-Swieqi. Il-Pulizija qalet lu l-inċidident fi Triq il-Ħemel seħħ għall-ħabta tal-4.30pm. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Qorti

Kleaven Agius ta’ 24 minn Ħaż-Żabbar, li s-Sibt li għadda ġie arrestat waqt rejd tad-droga f’Birżebbuġa, wieġeb li mhux ħati li kien fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ droga f’ċirkostanzi li…

Parlament

Il-Kamra tad-Deputati qed tiddiskuti fit-tieni qari abbozz ta’ liġi dwar iċ-ċittadinanza li qed twettaq riforma dwar l-iskemi ta’ residenza u l-għoti taċ-ċittadinanza Maltija. Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-ċittadinanza u l-komunitajiet Alex…

Politika

Il-President tar-Repubblika George Vella ħabbar li Adrian Delia għandu jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni ħalli dan ir-rwol ma jibqax vakanti. Dr Vella kkonkluda li anki jekk Dr Delia tilef l-appoġġ tal-akbar grupp…

Aktar