Lokali
Il-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti b’żieda ta’ 30% fl-appelli

Il-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti kellu żieda ta’ 30% fl-appelli matul is-sena l-oħra meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

Iċ-Chairman tal-bord Dr Anthony Cassar qal lis-sena l-oħra ġew proċessati 163 appell għal kuntratti mogħtija mill-gvern b’valur ta’ 169 miljun ewro. Spjega li 40% intlaqgħu waqt li 60% ġew rifjutati. Minkejja li żdiedu l-ilmenti Dr Cassar qal li l-bord ħadem b’mod li nżamm iż-żmien stipulat li fih jinqatgħu l-appelli.

Dr Cassar osserva li wara ħidma li saret naqsu l-appelli għal kuntratti mogħtija mill-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Bord tar-Reviżjoni tal-Kuntratti huwa wieħed mill-aktar entitajiet effiċjenti. Il-Professur Scicluna qal li matul is-sena l-Gvern joħroġ mijiet ta’ kuntratt għax-xiri ta’ servizzi u ta’ materjal meħtieġa għall-operat ta’ diversi entitajiet tal-gvern.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar