Ekonomija u Finanzi
Il-Borża ta’ Malta tniedi tliet indiċi tal-bonds fis-suq

Il-Borża ta’ Malta nediet tliet indiċi tal-bonds fis-suq. Iċ-Chairman tal-Borza ta’ Malta, Joseph Portelli, qal li dawn l-indiċi ġodda se jagħmluha faċli biex investituri jkunu jistgħu jqabblu b’mod faċli r-ritorn fuq il-bonds.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-idea hi li jsir titjib fuq in-numru ta’ prodotti fis-suq u tiżdied il-likwidità fis-suq.

Sostna li b’suq kumplikat hemm bżonn ta’ iżjed indiċi. Il-Ministru Scicluna qal li l-fatt li l-federazzjoni dinjija tal-boroż finanzjarji għażlet lil Malta għall-konferenza tagħha tas-sena 2020 b’iżjed minn 200 delegat, hu pożittiv ħafna għall-Borża ta’ Malta u tfisser li l-boroż finanzjarji qed jagħrfu u jemmnu iżjed fil-borża ta’ Malta.

Din hi l-ewwel darba li Malta ntgħażlet biex ittella’ din il-konferenza minn federazzjoni dinjija li hi rispettabbli ħafna fil-qasam ekonomiku.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar