Kumpaniji
Il-BOV b’ċentru ġdid ta’ investimenti u dalwaqt fergħa ġdida fix-Xagħra

Iċ-Ċentru ta’ Investiment fir-Rabat Għawdex tal-Bank of Valletta mexa għal binja ġdida u aktar moderna biex jaqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-komunità Għawdxija.

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Mario Mallia, qal li dan l-investiment juri li l-bank jemmen fil-potenzjal ekonomiku tal-gżira Għawdxija.

“Dan iċ-ċentru huwa armat b’nies professjonali li huma ‘certified advisors’ u li allura xogħolhom hu li jagħtu l-aħjar parir possibbli lill-klijenti biex ikunu jistgħu jinvestu l-flus tagħhom,” qal il-Kap Eżekuttiv.

Is-Sur Mallia qal li dan il-proġett jikkumplimenta investiment ieħor, li se jwassal biex il-fergħa tal-Bank fix-Xagħra tibda topera minn binja ġdida f’inqas minn xahar ieħor.

Fi żjara fiċ-Ċentru ta’ Investimenti, il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, faħħret l-impenn tal-bank li kompla jespandi l-operat tiegħu f’Għawdex, bl-għan li joħloq impjiegi ġodda għall-Għawdxin, f’Għawdex stess.

Il-Bank of Valletta jimpjega 120 ħaddiem Għawdxi fil-fergħat tiegħu f’Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

L-inkjesta maġisterjali, li nfetħet wara d-denunzja mressqa mill-għaqda Repubblika, waslet għall-konkluzjoni li l-allegazzjonijiet li saru fir-rigward tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-ekwipaġġ tal-P52 mhumiex imsejsa bi provi….

Infrastruttura

Il-ħsara fil-parti ta’ fuq tat-telgħa tas-Saqqajja mhix żgħira, b’din l-arterja prinċipali tat-traffiku fir-Rabat jaf ikollha tibqa’ magħluqa għall-karozzi diversi ġimgħat. Għal Infrastructure Malta l-interventi li se jsiru mhumiex sempliċi xogħol…

Ekonomija u Finanzi

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman…

Aktar