Lokali
Il-BOV bi preżenza f’Londra biex iħajjar investiment ġdid lejn Malta

Il-Bank of Valletta kompla jżid mal-katina ta’ uffiċini f’pajjiżi barranin bil-preżenza ta’ uffiċċju tal-bank f’Londra.  L-uffiċċju rappreżentattiv tal-Bank of Valletta jinsab fil-qalba finanzjarja tal-kapitali Ingliża, Londra, u għandu l-għan li jservi ta’ pont biex jattira investiment u negozji lejn Malta u r-Renju Unit.

Ic-Chairman tal-Bank of Valletta, Deo Scerri, qal li dan l-uffiċċju għandu jservi biex iħajjar investiment ġdid lejn Malta. Is-Sur Scerri qal li qabel kienu jiftħu fejn kien hemm emigranti Maltin, bħall-Awstralja u l-Kanada, iżda issa qed iħarsu lejn ċentri finanzjarji kif għamlu bl-uffiċċji li l-bank għandu f’Milan u Brussell.

Is-Sur Scerri qal, “Qed niftħu f’dawn il-postijiet biex inġibu business li jrid jiftah Malta. F’dak li għandu x’jaqsam financial services bħalma hu wealth management fund management, asset management, funds per se’ u nattiraw business bħal light industry.”

Is-Sur Scerri qal li l-ftuħ tal-uffiċju f’Londra qed isir fi żmien meta hu kruċjali li Malta żżid il-preżenza fir-Renju Unit minħabba Brexit.  Żied jgħid li “Malta tista tkun il-pass biex ikun hem passporting fl-Ewropa. Business jiftħu f’Malta biex ikun hemm jitredjaw fl-Ewropa. Aħna nkunu l-link bejn l-Ingilterra u l-Unjoni Ewropea.”

Waqt l-inawgurazzjoni tal-uffiċju, il-Prim Ministru Joseph Muscat faħħar il-fatt li bank lokali qed iżid mal-isforzi tal-Gvern biex jattira l-investiment dirett barrani. Dr Muscat qal li jittama li l-Gvern Ingliż iżomm relazzjoni kummerċjali b’saħħitha mal-Unjoni Ewropea. Żied jgħid li Malta bi tradizzjonali legali Ingliża tista’ tkun ideali għall-kumpaniji Ingliżi biex jibqa’ jkollhom preżenza fis-suq uniku Ewropew.

Il-Prim Ministru kompla jgħid li l-fatt li l-ekonomija Maltija hi b’saħħitha jkompli jagħmel lil Malta attraenti biex tiżviluppa niċeċ ekonomiċi fosthom is-servizzi finanzjarji u marittimi.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar