AĠĠORNAT: Issolviet il-problema teknika tal-BOV

Illum il-Bank of Valletta ħabbar li kien qed jesperjenza problemi tekniċi fil-magni tal-cards fil-ħwienet u l-ATMs.

Għal din ir-raġuni id-debit u l-credit cards tal-BOV ma kinux qed jaħdmu fil-point of sale terminals u fl-ATMs.

Kelliem għall-BOV qal li l-bank qed jagħmel kull sforz biex din il-ħsara tkun solvuta fl-iqsar żmien possibbli.

Illejla l-bank qal li l-problema kienet ġiet solvuta u li kollox kien qed jerġa’ jaħdem normali.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar