Ekonomija u Finanzi
Il-BOV bi profitt ta’ €54 miljun fl-ewwel nofs ta’ din is-sena

F’nofs perjodu ta’ tranżizzjoni li qed jiswa lill-Bank of Valletta miljuni ta’ ewro, l-aktar għal konsulenti barranin, il-bank ħabbar li fl-ewwel sitt xhur tas-sena għamel profitt ta’ iktar minn €54 miljun.

Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, il-Bank kien irrapporta profitt ta’ €13.5 miljun, wara iżda li kien warrab €75 miljun mill-qligħ, minħabba tliet każi ta’ litigazzjoni fil-qrati. Il-Kap Eżekuttiv tal-bank, Mario Mallia, waqt li ħabbar ir-riżultati finanzjarji stqarr li d-dħul tal-bank baqa’ stabbli.

Is-Sur Mallia spjega li l-livell ta’ profitti huma aħjar minn ta’ banek oħra f’Malta u barra, anke jekk bħalissa, il-bank għaddej bi programm ta’ transformazzjoni ta’ sentejn li qed iżid l-ispejjeż, imma fl-aħħar mill-aħħar ser iwassal biex il-Bank jevita multi mill-awtoritajiet regolatorji u ikun aktar sostenibbli. Huwa spjega li kemm id-depoziti, kif ukoll is-self zdiedu fl-ahhar sitt xhur, u huma riflessjoni tal-andament tal-ekonomija Maltija.

Il-Kap Eżkuttiv tal-Bank ħabbar li l-bank Awstrijakk Raiffeisen ser iservi ta’ bank ta’ korrispondenza għal kontijiet fid-dollaru Amerikan. Spjega li dan huwa l-ewwel pass, u l-bank għaddej bi proċess biex ikollu aktar banek ta’ korrispondenza għall-muniti barranin, anke jekk fl-atmosfera bankarja internazzjonali ħafna banek qegħdin iżommu lura milli jipprovdu das-servizz biex inaqqsu r-riskji li jiċċappsu b’każi ta’ ħasil ta’ flus, u anke għaliex is-suq Malti huwa kkunsidrat żgħir għalihom.

Is-Sur Mallia ddefenda d-deċiżjoni tal-bord li ma jqassamx dividend ta’ nofs is-sena, għalkemm bil-kuntrarju tas-sena li għaddiet, ħalla d-deċiżjoni finali għal wara li l-bank jagħlaq is-sena finanzjarja tiegħu f’Diċembru.

Iċ-Chairman tal-bank, Deo Scerri, waqt li ta dettalji tal-miri tal-programm ta’ trasformazzjoni li għandu jitlesta f’sentejn, sostna ma’ TVM li l-prezz tal-ishma tal-Bank of Valletta fil-Borża bħalissa mhumiex jirriflettu l-valur veru tal-bank.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Avjazzjoni

Hekk kif ilbieraħ il-Malta Aviation Society ħabbret li s-sena d-dieħla l-airshow mhux se tkun tista’ ssir, bosta dilettanti tal-avjazzjoni b’nostalġja qed ixerrdu fuq il-midja soċjali ritratti u filmati tal-ispettakli tas-snin…

Aktar