Ekonomija u Finanzi
Il-BOV b’idejh marbuta u ma jridx jinnegozja mal-kumpaniji tal-kannabis mediċinali

Ix-xogħol li sar mill-Malta Enterprise u mill-Awtorità tal-Mediċini biex jiġu liċenzjati ħalli jaħdmu f’Malta kumpaniji fil-qasam tal-kannabis mediċinali, jista’ jisfaxxa minħabba li skont il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, Mario Mallia, anke bid-direzzjoni tar-regolaturi Ewropej, il-banek ma jistgħux ikollhom relazzjoni bankarja ma’ dawn il-kumpaniji.

Fil-programm DISSETT, l-imprenditur Reggie Fava, filwaqt li ma qabilx ma’ din il-pożizzjoni tal-Bank, stqarr li dan huwa każ ċar li juri li m’hemmx kordinazzjoni bejn il-ħsibijiet tal-Gvern u tal-banek.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta, Mario Mallia, ikkonferma li l-Bank ma jridx li jkollu relazzjoni bankarja ma’ kumpaniji tar-riċerka u l-produzzjoni tal-kannabis mediċinali. “Il-BOV la għandu aptit għal dawn il-businesses u lanqas huwa permess mir-regolatur li jidħol f’dan it-tip ta’ negozju,” iddikjara s-Sur Mallia.

Is-Sur Mallia qal li b’danakollu ma jfissirx li n-negozju ta’ dawn l-investituri huwa illeġittimu.

L-imprenditur Reggie Fava, waqt li rrikonoxxa li din l-industrija għadha fil-bidu tagħha, sostna li l-banek lokali m’għandhomx jagħlqu l-bibien f’wiċċha. “Jien bħala negozjant meta nara xi ħaġa ġdida, dik għalija d-deżerta, għax hi xi ħaġa meta nista’ nimraħ u nikber fiha għax ġdida u innovattiva. Allura aħna m’għandniex naħdmu flimkien?”

Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV iġġustifika l-kawtela li qed jimxi biha l-Bank f’dan il-qasam. “M’għandniex ħiliet neċessarji biex nifhmu dak il-business. Jekk inti ma tifhimx dak il-business, kif se tieħu riskji?”

Is-Sur Fava iżda qal li l-banek għandhom jattrezzaw ruħhom biex jitgħallmu dwar din l-industrija. “L-ispiżjara hi xi ħaġa ġdida għalihom. Mela jien ngħid li għax dawn qatt ma missejnieh, ċaw u bonswa, mhux se mmissuh b’idejna? X’jiġifieri?”

Il-Gvern indika li jekk il-banek Maltin se jibqgħu jwebbsu rashom, l-investituri se jħufu għal banek oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex jaħdmu magħhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Niżlu għal 10 il-każijiet attivi tal-COVID-19 f’Malta. Dan wara li għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm ebda każ ġdid irreġistrat. Fuq nota pożittiva oħra fieqet persuna. Biex b’hekk…

Politika

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż. F’kummenti lill-midja wara li ġiet fi tmiema konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq…

Lokali

Il-pjan strateġiku għall-iżvilupp u l-ippjanar (SPED) li fuqu l-bordijiet tal-ippjanar jieħdu d-deċiżjonijiet se jiġi rivedut fi proċess ta’ konsultazzjoni ta’ sitt ġimgħat li beda llum u li se jinkludi wkoll…

Aktar