Lokali
Il-BOV jħabbar bidliet fir-rati tal-imgħaxx fuq id-Depożiti

Fi stqarrija l-Bank of Valletta ħabbar bidliet fuq ir-rati tal-imgħax fuq kontijiet ta’ depożitu.

Ir-rati l-ġodda se japplikaw għad-depożiti fissi miftuħa jew imġedda mit-3 ta’ Diċembru 2019, bir-rati tal-imgħax fuq depożiti fissi eżistenti jibqgħu validi sakemm jimmaturaw. Ir-rati tal-imgħax fuq kontijiet oħra ta’ depożitu se jinbidlu b’effett mit-3 ta’ Frar tas-sena dieħla.

L-istqarrija żiedet tgħid li l-bank żamm l-istess rati tal-imgħaxx gaħl dawn l-aħħar sentejn. “Minkejja li żdiedu r-rati negattivi fuq id-depożiti, il-Bank għażel li jassorbi ħafna mill-impatt tal-ispejjeż ta’ dawn ir-rati minflok ma għaddihom lill-klijenti kollha tiegħu.”

Ir-rati tal-imgħax riveduti jistgħu jinstabu fuq is-sit www.bov.com.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Aktar