Lokali
Il-BOV jissospendi t-tariffi fuq kontijiet inattivi u ta’ bilanċ minimu

Il-BOV ssospenda t-tariffi fuq kontijiet inattivi u bilanċ minimu. Ħabbar dan fi stqarrija fejn qal li se jkun qed jissospendi tariffi relatati ma’ kontijiet li mhux qed
jintużaw u l-bilanċ minimu sakemm jinagħlqu diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)

Il-Bank kien introduċa dawn it-tariffi f’Settembru tal-2020 biex ikopri parti mill-ispejjeż relatati ma’ kontijiet li ma kienux qed jintużaw jew kienu b’bilanċ baxx. Ċerti kategoriji kienu eżentati minn dawn it-tariffi.

Il-Bank of Valletta ħeġġeġ lill-klijenti li ma jużawx il-kontijiet bankarji tagħhom biex jagħlquhom jew jagħżlu kont bankarju bażiku li huwa eżentat minn dawn it-tariffi.