COVID-19
Il-Brażil bit-tieni l-ogħla rata ta’ imwiet fid-dinja mill-Covid-19

Il-Brażil għandu t-tieni l-ogħla każijiet ta’ coronavirus fid-dinja u t-tieni l-ogħla rata ta’ imwiet mill-Covid-19 fid-dinja.

Skont is-sit Johns Hopkins, dan l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina għandu 828,810 każ ta’ coronavirus.

Il-Brażil irreġistra wkoll 41,828 mewt mill-Covid-19 filwaqt li rkupraw 445, 123 persuna.

Madankollu, huwa maħsub li ċ-ċifri tal-Brażil huma ħafna ogħla minn hekk minħabba li mhumiex isiru biżżejjed testijiet u li l-pajjiż għadu ġimgħat ‘il bogħod milli jilħaq il-quċċata tal-każijiet.

Is-sit Johns Hopkins għadu jpoġġi lill-Istati Uniti bħala l-pajjiż bl-ogħla rata ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus b’2,048,986 każ. Wara hemm il-Brażil u wara r-Russja b’519,458 każ.

Fejn jidħlu imwiet, l-Istati Uniti rreġistraw l-ogħla ammont, 114,669 mewt bil-Covid-19, wara l-Brażil u fit-tielet post hemm ir-Renju Unit b’41,566 mewt.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

Aktar