COVID-19
Il-Brażil it-tieni pajjiż fid-dinja bl-aktar każijiet ta’ COVID-19

Il-Brazil issa huwa t-tieni pajjiż fid-dinja li għandu infezzjonijiet ta’ Coronavirus bin-numru jaqbeż il-miljun persuna.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu aktar minn 54,000 persuna oħra infettati bil-Coronavirus filwat li tilfu ħajjithom aktar minn 1,200 ruħ bin-numru tal-mejta issa jitla’ kważi 49,000.

Analisti qed jgħidu li fil-Brażil hemm nuqqas kbir ta’ testijiet tant li esperti qed isostnu lin-numru tal-infezzjonijiet huwa ferm ikbar minn dak li qed jingħad bil-President Jair Bolsonaru kien kritikat ħafna għall-mod kif il-Gvern qed jirrispondi quddiem il-pandemija.

L-unika pajjiż li jaqbeż lill-Brazil fin-numru ta’ infezzjonijiet tal-Coronavirus huwa l-Istati uniti.