Budget2022
‘Il-Budget fih miżuri b’inizjattivi pożittivi’ – Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) laqgħet għadd ta’ miżuri li tħabbru fil-Budget 2022.

F’kummenti ma’ TVMnews+, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC), Joe Borg, innota għadd ta’ miżuri mħabbra lbieraħ mill-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, fosthom il-proġett tal-ħeliport. Qal li huwa proġett siewi li jista’ jkabbar l-aċċessibiltà għal Għawdex.

Semma’ inizjattivi oħra fosthom ir-reverse osmosis ta’ Ħondoq ir-Rummien u l-proġett estensiv tal-ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex. Qal li dawn huma inizjattivi pożittivi u l-GBC dejjem appoġġat.

Semma’ l-inizjattiva li koppja Għawdxija se tingħata €30,000 biex tirkupra dar eżistenti. Stqarr li din hija inizjattiva li tagħti direzzjoni tajba.

Innota li l-GBC xtaqet li jissemma wkoll fost l-oħrajn l-isptar il-ġdid li se jinbena f’Għawdex. Kif ukoll il-GBC qalet li xtaqet jissemma’ investiment fil-portijiet u parks ambjentali f’Għawdex.