Partit Laburista
Il-Budget mhu se jieħu mingħand ħadd u se jagħti lil kulħadd – PM

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-Budget ta’ għada mhu se jieħu mingħand ħadd u se jagħti lil kulħadd. Dr Muscat qal li l-mira tal-Budget hi li jkompli jsaħħaħ il-middle class, u miżuri biex ebda tifel jew tifla qatt iktar ma jgħixu fir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Il-Prim Ministru spjega li dan jista’ jsir għax Malta, kif ġiet deskritta mill-World Economic Forum, għandha l-iktar ekonomija stabbli u soda fid-dinja.

F’attività politika fil-Ħamrun, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat iddedika ħafna mid-diskors tiegħu għall-Budget u f’indikazzjoni ċar li dan se jkun Budget ieħor mingħajr taxxi stqarr li dan mhu se jieħu xejn mingħand ħadd iżda se jkompli jqassam il-ġid biex fi kliemu jsaħħaħ lill-klassi medja u jwieżen lil persuni fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali waqt li innota li dawn diġà naqsu bi 17,000.

Huwa fakkar li mill-ewwel ġurnata ta’ Gvern Laburista fl-2013, il-parir mill-uffiċjali tal-Gvern kien li minħabba li ma kienx hemm flus, kellhom jogħlew it-taxxi. Dr Muscat qal li l-Gvern wettaq dak li wiegħed bi pjan ta’ għaxar snin li ser jissokta bil-Budget li ġej biex jgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u jsaħħaħ il-ġustizzja soċjali. Qal li dan jista’ jsir għax il-Gvern minn defiċit eċċessiv, qaleb il-folja u għandu surplus.

Il-Prim Ministru qal li wiret pajjiż b’dejn 75% tal-ġid tal-pajjiż u issa dan nieżel biex ikun 40% biss tal-ġid nazzjonali. Huwa qal li dan jispjega għaliex filwaqt li qabel meta jasal il-Budget kulħadd kien ikun anzjuż fuq it-taxxi li ser jiżdiedu issa kulħadd jistenna l-benefiċċji tal-Budget.

Dr Muscat fakkar kif lil hinn mill-Budget, mis-sena d-dieħla eluf ta’ ħaddiema li għandhom il-paga minima se jiżdiedu €3 fil-ġimgħa b’mod awtomatiku. Semma’ wkoll iż-żieda ta’ €28 fil-ġimgħa li l-ġimgħa li għaddiet ngħatat lil 170 ħaddiem tal-Home Help. Wiegħed ukoll li l-Gvern jasal ukoll mas-suldati u mal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex jieħdu żidiet bħal pulizija għax qal li dan il-Gvern jisma u jasal ma’ kulħadd. Dr Muscat qal li l-pensjonanti ser jerġgħu jiżdiedu waqt li l-Gvern ser jinċentiva lil familji biex jieħdu ħsieb l-anzjani tagħhom.

Il-Prim Ministru indika li ser jitħabbru miżuri biex anke persuni li għandhom 40 sena jew aktar ikun mgħejjuna biex isiru sidien ta’ djarhom. Osserva li l-Maltin li jinvestu f’darhom ikollhom l-aqwa investiment ta’ ħajjithom u meta tgħolla l-propjetà anke dawn imorru tajjeb. Qal li l-white paper fuq il-kirjiet sabet il-qbil saħanistra bejn il-Caritas u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi. Huwa appella lill-organiżzazzjonijiet kollha biex jagħtu r-reazzjoni dettaljata tagħhom għal dan id-dokument. Qal li l-white paper hija frott ta’ sena sħiħa ta’ diskussjonijiet li saru biex tkun ġusta u ċertezza fis-suq tal-kera.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar