Budget
Il-Budget sar biex il-ġid jasal għand kulħadd – Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u li jkomplu itejjeb il-kwalità tal-ħajja.

F’konferenza tal-aħbarjiet f’Kastilja Dr Fearne ta ħarsa lejn inizjattivi li ser jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin biex idaħħlu fis-seħħ il-miżuri tal-Budget. Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet f’Kasitlja, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna tkellem dwar l-isfidi prinċipali li qed jiġu indirizzati fil-Budget, u sostna li bis-surplus il-Gvern qed jaħseb fil-ġenerazzjonijiet futuri.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Budget sar biex il-ġid jasal għand kulħadd. Semma’ ż-żieda ta’ €2.17 lill-pensjonanti minbarra l-kumpens tal-għoli tal-ħajja ta’ €2.33. Dr Fearne qal mis-sena d-dieħla ser jiżdiedu wkoll il-benefiċċji tal-mard u l-allowances careers biex aktar anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom.

Dr Fearne qal li madwar 1,400 tifel u tfla b’diżabilità u l-familji tagħhom ser jibbenefikaw minn żieda fl-allowance li ser tiżdied b’€5 oħra fil-ġimgħa. Id-Deputat Prim Ministru qal li l-Budget ser jgħin lil min inqabad fin-nassa tal-kirjiet b’bidla radikali ta’ kif jingħata s-sussidju biex il-kera ssir aktar affordabbli. Semma’ kif mis-sena d-dieħla, l-istudenti kollha li jattednu sal-livell sekondarju se jkunu jistgħu jżuru s-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta mingħajr ħlas flimkien ma’ żewġ adulti. Huwa qal li l-Gvern impenjat li jsaħħaħ is-sigurtà f’inħawi bħal Paceville.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li fil-Budget il-Gvern daħħal miżuri li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-ħaddiema bi dħul baxx li bil-mekkaniżmu miftiehem fuq il-Paga Minima Nazzjonali, il-ħaddiem mhux ser jibqa’ b’paga minima għal iktar minn sena. Qal li għall-ewwel darba fi 11-il sena ser jiżdiedu ċ-Childrens Allowences lill-familji bi dħul ta’ anqas minn €20,000 fis-sena. Il-Professur Scicluna qal li s-sena d-dieħla ser terġa’ tingħata r-rifużjoni tat-taxxa; bil-miżura ser jibbenefikaw minnha mal-200,000 ħaddiem.

Il-Professur Scicluna qal li waqt li ġew introdotti miżuri ġodda, skemi li ddaħħlu fl-aħħar snin bħat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-propjetà residenzjali u skemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr ser jiġu estiżi. Qal li dawn minbarra li jgħinnu lill-familji jkomplu jinċentivaw l-ekonomija.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena madwar 150 persuna f’Malta jinstab li għandhom kanċer fil-pulmun, li wħud minnhom x’aktarx li qabel ikunu bdew jinnutaw sintomi tal-kundizzjoni, magħrufa bħala COPD, li hi assoċjata mat-tipjip, it-tniġġis…

Ekonomija u Finanzi

Il-baġits għall-2019 ta’ Malta u disa’ pajjiżi oħra Ewropej kisbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Italja qed tissogra li taffaċċja azzjoni dixxiplinarja li tista’ twassal għall-multi, minħabba li qed tibqa’…

Politika

F’konferenza tal-aħbarijiet illejla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Prim Ministru mhux qed jgħid il-verità, għax minn banda jgħid li ma jafx kontra min hemm inkjesta, u mill-banda l-oħra…

Aktar