Lokali
Il-burraxka li għaddew minnha meta nħarqitilhom darhom ma twaqqafhomx milli jarmaw il-presepju

Ftit aktar minn sena wara li dar f’Ħal Luqa nħakmet minn nirien qawwija kawża ta’ xogħol li kien għaddej fuq presepju, il-koppja Theuma għadha qed tirkupra mill-burraxka. Iżda l-imħabba għas-sengħa tal-presepji baqgħet ħajja u ma ħallietx l-episjodu jbegħedhom minn dak li jgħaqqadhom.

It-traġedja li laqtet lil Joseph u Carmen Theuma bħal dan iż-żmien sena ilu meta kien qed jaħdem il-presepju fil-garaxx tad-dar tiegħu f’Ħal Luqa li saret ħuġġieġa waħda ma mewtitx il-passjoni tiegħu li jarma l-presepju.

Għalkemm id-delizzju tal-presepju għal ftit ma swielux ħajtu, ħajjet martu u ħabib tiegħu fin-nar li ħakem id-dar tiegħu sena ilu, din is-sena xorta rama l-presepju għalkemm jgħid li qatt ma jista’ jinsa l-inċident tas-sena l-oħra meta kien qed jagħmel l-aħħar irtokki fil-presepju u nkisret bozza li qabdet il-presepju u f’ħakka t’għajn in-nar infirex ma’ kullimkien.

“Nimmissja ċerti affarjiet li ma nistax inġibhom lura – kelli presepji veru għal qalbi – kelli kollezzjoni ta’ fire arms fuq irrovinat ruħha kolla, ma baqa xejn xejn minnha.”

Iżda din il-burraxka mhix itappanlu l-imħabba li għandu għall-Milied u l-presepji. Minn Settembru li għadda xammar il-kmiem u reġa’ beda jaħdem fuq presepju ieħor waqt li reġa’ beda jdur l-iskejjel jgħallem lill-istudenti kif jibnu l-presepju.

“Għaliex għandek tieqaf? Jekk il-bambin itik is-saħħa pprova imxi – hekk nirraġuna jien għalinqas.”

Din is-sena l-koppja Theuma għalqu 50 sena miżżewġin. Bl-akbar għafsa ta’ qalb, Carmen qalet li n-nar qerdilha t-tifkiriet li kellha ta’ żewġha u l-erba’ subien tagħha … għalkemm l-ottimiżmu ma jonqosx.

“Ritratti tat-tfal, affarjiet tat-tfal meta kienu żgħar, memorji u hekk, f’għeluq il-ħamsin sena kellu jiġrilna hekk hux – mhemmx x’tagħmel – minflok ħa lilna l-bambin – ħadilna d-dar.”

Il-ġerħa tal-istraġi ta’ sena ilu għalkemm mhix ser tfieq għal kollox fil-memorji tagħhom, mill-ġimgħat li ġejjin ser jibda x-xogħol kbir ta’ ristrutturar biex tissewwa l-ħsara li saret fin-nirien.

F’dan l-isfond, Joseph reġa’ beda jaħdem fuq il-presepji fl-istess garaxx li ħa n-nar is-sena l-oħra, u l-koppja Theuma tat sehemha f’wirja ta’ presepji fil-Kappella tal-Ftajjar, ftit passi ‘l bogħod minn darhom, f’Ħal Luqa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar