Stejjer Umani
Il-Buttaru fl-aktar żmien bieżel lejlet il-festa tal-Madonna tal-Grazzja

Bil-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fuq l-għatba, Twanny l-Buttaru għaddej mill-aktar żmien bieżel tas-sena. Minn kemm ilu jsir il-pellegrinaġġ tar-roti, minflok jieħu l-leave biex igawdi l-festa, Twanny jxammar il-kmiem biex jagħmel manutenzjoni tar-roti tad-devoti Żabbarin.

Ilu għal dawn l-aħħar 50 sena jsewwi r-roti f’ħanut li kien fetaħ missieru f’misraħ f’Ħaż-Żabbar. Twanny Bongailas magħruf bħala l-Buttaru, qal li lill-missieru tilfu meta kien għadu żgħir ħafna.

“Aħna ilna fuq id-90 sena, bejn 90 u 94 sena. Ħuti għandhom 87 u dejjem jafu lil missieri bir-roti huma u jikbru.”

Żied jgħid li kif ħareġ mill-iskola, beda jaħdem fil-ħanut tar-roti u meta kellu xogħol ieħor, ix-xogħol fil-ħanut żammu fuq bażi part-time. Għalih dan ix-xoghol sar kważi delizju u baqa’ jagħmlu anki meta ħareġ bil-pensjoni.

“Niġi nehda hawnhekk fl-istess ħin għax qisu nissoċjalizza hawnhekk, inkunu nitkellmu mal-ħbieb.”

Il-ħanut minbarra kull tip ta’ roti u workshop, huwa qisu mużew b’vettrina mimlija biċċiet antiki tar-roti li llum m’għadhomx jiġu mmanifatturati u li Twanny ilu jġemma mindu kien tifel.

Il-perjodu ta’ qabel il-festa tal-Madonna tal-Grazzja dejjem kien u għadu l-aktar żmien bieżel għal Twanny minn kemm ilu jsir il-pellegrinaġġ bir-roti mill-ħamsinijiet.

“Ġimgħa qabel il-festa għaliex kulħadd iħalli għall-aħħar. Ħafna tfal jiġu biex nonfħilhom it-tyres u issa peress li għamlu l-pellegrinaġġ tat-tfal ukoll, jieħdu sehem ħafna tfal u ġenituri magħhom u jderruhom hekk ukoll.”

Membru tal-kumitat li jorganizza l-pellegrinaġġ, Francis Gafà, li sibnih fil-ħanut ta’ Twanny, qal li f’jum il-festa filgħodu ser jerġa’ jsir il-pellegrinġġ tal-muturi mill-Mosta u tar-roti mir-Rabat sakemm jiltaqgħu Ħaż-Żabbar.

“Dan ilu jsir 68 sena mill-1951 ‘l hawn, ma sarx darba biss fl-1976 għax kienet ħabtet l-elezzjoni dak iż-żmien, dakinhar ma sarx biss.”

Is-Sur Gafa qal li l-quadbikes ma jistgħux jieħdu sehem u lanqas tfal taħt it-12-il sena għaliex il-pellegrinaġġ għalihom jista’ jkun ta’ periklu. Kien għalhekk li minn 12-il sena ilu ‘l hawn, il-kumitat beda jorganizza pellegrinaġġ apposta għat-tfal li sar il-Ħadd li għadda, ġimgħa qabel il-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

L-applikazzjonijiet għal sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti li ser jieħdu sehem fil-pellegrinagg tista’ tinkiseb
minn fuq is-sit elettroniku tal-għaqda pellegrinaġġ muturi u roti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Aktar