Barranin
Il-Coca-Cola tgħid li n-nies iridu jibqgħu jużaw il-fliexken tal-plastik

Il-kumpanija tal-iktar xarba popolari fid-dinja, l-Coca-Cola, ikkommettiet ruħha li ma tiqafx tuża l-fliexken tal-plastik, minħabba li fi kliemha, l-konsumaturi jippreferu fliexken tal-plastik.

Qalet li dan minħabba li flixkun ikun jista’ jerġa’ jingħalaq, u huwa eħfef mill-ħġieġ.

Il-kumpanija, li hija waħda mill-iktar kumpaniji fid-dinja li tipproduċi skart mill-plastik, qalet li se tkun qed tirriċikla l-fliexken kollha li tuża sas-sena 2030. Madanakollu xorta waħda ħafna argumentaw li ħafna fliexken tal-Coca xorta waħda se jispiċċaw f’miżbliet differenti madwar id-dinja.

Il-Coca-Cola fil-fatt tipproduċi iktar minn tliet miljun tunnellata ta’ plastik f’ippakkeġjar fis-sena, ekwivalenti għal 200,000 flixkun fil-minuta. Is-sena li għaddiet ġie żvelat kif il-kumpanija hija l-iktar waħda li tħammeġ fid-dinja.

Waqt li waħda mill-uffiċjali tal-kumpanija Bea Perez qalet li l-Coca se tibqa tiġi mqassma fi fliexken tal-plastik, saħqet li xorta waħda għandha tinstab soluzzjoni għall-problema tal-plastik.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar