Barranin
Il-Corona virus jinfirex fi 17 -il pajjiż – konfermati persuni morda fl-Ewropa

Hong Kong ħabbar pjani biex jitrażżan vjaġġar bejn iċ-Ċina u Hong Kong, waqt li l-coronavirus kompla jinfirex. Fiċ-Ċina, in-numru tal-mejta kawża tal-virus issa qabeż il-100, waqt li l-infezzjonijiet ikkonfermati qabżu l-4,500.

Il-mexxej ta’ Hong Kong, Carrie Lam, bil-maskra ma’ ħalqha bħala protezzjoni, ħabbret li t-trasport bil-ferrovija u t-traġitti bil-vapur minn u lejn iċ-Ċina ser jiġu sospiżi minn nhar il-Ħamis. Il-Ġappun, fost oħrajn, ħabbar li ser jevakwaw liċ-ċittadini tiegħu miċ-Ċina.

Il-virus infirex madwar iċ-Ċina u minn tal-inqas 16-il pajjiż ieħor. Il-Ġermanja u l-Ġappun ikkonfermaw li għandhom każi ta’ persuni li ma vjaġġawx lejn iċ-Ċina iżda ttieħdu mingħand nies li kienu fiċ-Ċina.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Barranin

Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, il-coronavirus kompla jinfirex fl-Italja, b’żewġ każijiet ġodda jfeġġu f’Palermo u f’Firenze. Dan ifisser li issa feġġ l-ewwel każ anke fi Sqallija. Skont l-istess ġurnal jidher…

Barranin

Filmat bid-drone juri mijiet ta’ persuni fi kju twil mijiet ta’ metri, bil-għan li jixtru maskra biex jgħattu biha mneħirhom u ħalqhom f’Daegu. Is-supermarket partikolari, li jinsab fid-distrett ta’ Chilseong…

Barranin

Harvey Weinstein ittieħed l-Isptar ta’ Bellevue f’Manhattan ilbieraħ, wara li lmenta li kien qed ibati minn uġigħ f’sidru. Hu kien sejjer fi triqtu għall-ħabs f’Rikers Island, iżda minflok ittieħed l-isptar….

Aktar