Statistika
Il-Coronavirus ġab miegħu tnaqqis fl-inċidenti tat-traffiku

Ir-restrizzjonijiet li ddaħlu f’Marzu li għadda minħabba l-Coronavirus affettwaw ukoll l-inċidenti tat-traffiku u l-korrimenti fit-toroq.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena wrew tnaqqis ta’ aktar minn tmienja fil-mija (8.2%) fl-inċidenti tat-traffiku meta mqabbel mal-ewwel kwart tas-sena li għaddiet. (Inċidenti tat-traffiku : 3,656 fl-2019 / 3,357 fl-2020).

L-għadd ta’ persuni li ndarbu f’dawn l-inċidenti naqsu bi 15% għal ftit aktar minn 306. kważi kwart mil-korriment kienu jinvolvu sewwieqa tal-muturi (22.2%).

L-akbar numru ta’ inċidenti ġew rappurtati f’Birkirkara (277 każ), segwiti minn Ħal Qormi (180) u l-Mosta (164).