Barranin
Fl-Italja: Il-Coronavirus iwassal għar-rilaxx ta’ priġunieri mafjużi mill-ħabsijiet

Għadd ta’ kapijiet mafjużi ġew rilaxxati mill-ħabsijiet wara biża’ ta’ aktar tixrid tal-coronavirus fl-Italja.

Francesco Bonura, kap tal-Cosa Nostra, Vincenza Iannazzo li huwa membru tal-Ndrangheta u Pasquale Zagaria li jappartjeni mal-grupp Casalesi ġew ordnati biex iservu l-bqija tas-sentenza tagħhom minn djarhom.

Dan ikkonfermah Federico Cafiero De Raho, il-prosekutur ta’ kontra l-mafja li qal kien hemm biża’ kbira li l-virus jinxtered fil-faċilitajiet korrettivi u għalhekk il-gvern awtorizza t-trasferiment ta’ dawk il-priġunieri li fadlilhom iservu 18-il xahar jew inqas fi djarhom.
Il-kap tal-oppożizzjoni tal-partit Lega, Matteo Salvini kkritika bl-aħrax din id-deċiżjoni li qal turi disrispett kbir għall-familji tal-vittmi, il-pulizija, il-ġurnalisti u l-pubbliku in ġenerali.

Minn mindu faqqgħet il-pandemija, skont il-Ministeru għġall-Ġustizzja, in-numru ta’ priġunieri fl-Italja naqas b’6,500.