COVID-19
‘Morna tajjeb iżda rridu noqogħdu aktar attenti minn qatt qabel’ – il-Professur Scerri dwar il-Covid-19 f’Malta

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta.

Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti li l-Maltin ikomplu jżommu d-distanza soċjali.

Intant, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li mhemmx prova li l-virus iddgħajjef kif argumentaw xi tobba fl-Italja u Spanja.

F’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-COVID magħrufa bħala l-R factor niżlet għal żero punt ħamsa (0.5) li fi kliem il-konsulent tal-ġenetika u l-fiżjoloġija, il-Professur Christian Scerri hija sinjal tajjeb fil-battalja ma’ dan il-virus.

“Dak ifisser li kull bniedem qed jinfetta nofs bniedem ieħor, diffiċli timmanġinaha għax jew tinfetta jew ma tinfettax, imma jfisser li biex tinfetta bniedem irid ikollok tnejn infettati, jekk nibqgħu b’din ir-rata f’temp ta’ ġimgħa ġimagħtejn mhux iktar, il-virus litteralment jista’ jkun sparixxa mill-pajjiż.”

Il-Professur Scerri xorta kien kawt u stqarr li dan hu żmien kruċjali ħafna għax spjega li sakemm jibqa’ jkun hawn persuna waħda pożittiva, ifisser li l-virus għadu magħna u x’aktarx ġie infettat minn xi ħadd li ma jkollux sintomi.

”Mela aħna rridu nkunu intelliġenti, iva niftħu għax jekk jew b’hekk xi darba minn taħt ix-xelter irridu noħorġu imma kif inti se toħroġ minn taħt ix-xelter trid toqgħod attent li m’hemmx is-sniper moħbi x’imkien jew xi kanun moħbi se jisparalek, u fir-rigward tal-virus ifisser li social distancing inżommuha.”

Waqt li saħaq fuq l-importanza tal-ħasil tal-idejn u l-użu tal-maskri, il-konsulent Scerri qal li għad irridu naraw hux se jkollna t-tieni mewġa f’Settembru jew Ottubru meta tfeġġ l-influwenza.

Hu tkellem ma’ TVM l-għada li fl-Italja u Spanja nqalgħet kontroversja sħiħa għax tobba ewlenin qalu li l-virus qed jitlef mis-saħħa tiegħu. Madankollu, esperti tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u għadd ta’ xjentisti qalu li mhemm l-ebda prova xjentifika li l-virus iddgħajjef.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar