Barranin
Il-Coronavirus ma jgħaddix mal-ħalib tas-sider

Studju mħejji minn Città della Salute di Torino sab li l-coronavirus ma jiġix trasmess mill-omm li treddgħa lit-tarbija tagħha.

Din is-sejba ġiet ippubblikata fil-faxxiklu xjentifiku Frontiers in Pediatrics fejn instab li dawk l-ommijiet li ħarġu pożittivi għall-virus u li segwew il-miżuri kollha tal-iġenje, ma għaddewx il-virus lit-tarbija tagħhom mill-ħalib.

It-tim ta’ xjentisti li ħadmu fuq ir-riċerka qalu li din l-aħbar hija ta’ serħan il-moħħ għall-ommijiet hekk kif il-ħalib tas-sider huwa ferm importanti għall-iżvilupp san tat-tarbija.