COVID-19
Il-Coronavirus se tibdel il-mod kif nixtru l-ikel?

Fl-isfond taċ-ċirkostanzi preżenti, id-domanda għax-xiri ta’ prodotti ta’ ikel bl-internet żdid b’mod sostanzjali f’qasir żmien. Kap Eżekuttiv ta’ żewġ supermarkets f’Malta stqarr ma’ Television Malta li dan il-fenomenu jaf ibiddel il-mod tradizzjonalment kif il-Maltin jixtru l-prodotti tal-ikel.

L-ansjetà kkawżata mil-pandemija tal-coronavirus, flimkien ma’ eluf ta’ nies li mhux joħorġu minn djarhom taw spinta lill-fenomenu tax-xiri online saħansitra ta’ prodotti tal-merċa.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ grupp ta’ supermarkets Charles Borg qal ma’ Television Malta li d-domanda għal dan is-servizz li bih ix-xirja titwassal wara l-bieb żdied sew fl-aħħar ġimgħat. Stqarr li din attitudni ġdida għal ħafna konsumaturi f’pajjiż li tradizjonalment, il-klijenti jippreferu li jagħmlu ix-xirja tal-ikel personalment. Żied jgħid li l-covid 19 taf tixxpruna bidla kulturali fil-klijenti.

“Jiena sinċerament nemmen li wara din il-kriżi tgħaddi min fuqna u d-dinja kollha ċertu nies jidraw jixtru onlajn, għandna outlets tal-ħwejjeġ u ħafna nies jużawh, jekk tħares lejn il-banek introduċċew diversi sistemi eletroniċċi fosthom atms 24/7 u dawn indraw.”

Is-sur Borg qal li s-servizz jista’ jitjieb iżjed jekk jitnaqqas il-ħin bejn meta issir l-ordni u l-mument li din titwassal lill-klijent.

“Xirja ddum biex issir għaliex tkun ħafna varjata minn supermarket kbir, allura l-persuna li tkun qed tibni l-basket trid timxi minn post għal ieħor u għaldaqstant iddum madwar siegħa u siegħa u nofs. Allura li għamilna ċekkina l-basket u qed nagħmlu li kull persuna tibni l-basket hi.”

Mistoqsi dwar il-ġarr minħabba żieda fil-prezzijiet tal-ikel, il-Kap Eżekuttiv ċaħad li fis-supermarkets li huwa jmexxi qed jiżdidu l-prezzijiet.

“Nikkonfermalek aħna ma żiedna l-ebda prezz tal-items tagħna naturalment aħna nixtru l-affarijiet dirett minn barra u mill-aġenti lokali u effetivament nipprezaw il-margin fuqu però nassigurak li ma żidna l-ebda prezz.”

Kompla jgħid li prezz fuq l-ixkaffa jinbidel biss jekk l-aġenti jogħlu l-prezz.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Aktar