Barranin
20 miljun persuna minn madwar id-dinja mardu bil-COVID-19

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames miljuni huma fl-Istati Uniti u tliet miljuni oħra fil-Brażil, u fl-Indja ġew irreġistrati żewġ miljun każ. F’dawn l-aħħar ħmistax fl-Indja kienu qed jinstabu ‘l fuq minn ħamsin elf każ ġdid kuljum. Fl-Ingilterra u f’Wales fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju ġew irreġistrati kważi disat elef imwiet.

Fl-Awstralja, il-Prim Ministru Scott Morrison qal li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar intern se jibqa’ fis-seħħ probabbilment sal-Milied, filwaqt li l-fruntieri tal-istati affettwati bil-virus se jibqgħu magħluqa għal mill-inqas sena u nofs oħra. Il-President Amerikan Donald Trump qal li qed jikkonsidra jipprojbixxi ċittadini Amerikani u dawk li għandhom residenza permanenti milli jidħlu lura l-Istati Uniti jekk ikun suspettat li għandhom il-virus. Fil-Brażil, Rio De Janeiro, dawk li jridu jixxemxu fuq il-bajjiet iridu jibbukkjaw spazju minn qabel permezz ta’ app ġdida.

Aħbarijiet Oħra

Il-ħajja ta’ aktar minn kwart tan-nies fir-Renju Unit mistennija tkun affettwata minn restrizzjonijiet ġodda li qed jidħlu fis-seħħ f’dawn il-ġranet. Mil-lum residenti ta’ Leeds, Wigan Stockport u Blackpool mhux se…

L-istudenti ta’ Madonna dell’Asilo qed igawdu veduta mill-isbaħ u arja nadifa hekk kif intlaħaq qbil li l-lezzjonijiet flok isiru fi klassi f’ambjent magħluq, isiru fuq il-bajja ta’ Vasto. It-tfal, wara…

Il-Ministru għall-intern Franċiż qal li l-attakk b’sikkina li seħħ ilbieraħ f’Pariġi fejn indarbu serjament raġel u mara li jaħdmu għal kumpannija tax-xandir, qed jiġi meqjus bħala attakk  terroristiku. L-attakk seħħ…

Fir-Renju Unit, surġent veteran tal-Pulizija nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar f’Londra. L-uffiċjal miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab f’sidru waqt li kien qed jarresta lill-aggressur. L-aggressur ta’ 26 sena spara lilu…

Aktar